1“U int, o bniedem, ħu maduma, qegħedha quddiemek u ħażżeż fuqha l-belt ta’ Ġerusalemm..
4“U int imtedd fuq ġenbek tax-xellug, u jien inqiegħed fuqek il-ħażen ta’ Iżrael. Int titgħabba bil-ħażen tagħhom daqs l-għadd tal-jiem li ddum mimdud.
5U jiena nagħmillek l-għadd tal-jiem tliet mija u disgħin, daqs kemm jgħoddu s-snin tal-ħażen tagħhom; għal daqshekk żmien int titgħabba bil-ħażen ta’ dar Iżrael.
6Meta jintemmu dawn, int timtedd għat-tieni darba fuq il-ġenb tal-lemin u titgħabba bil-ħażen ta’ dar Ġuda erbgħin jum, jum għal kull sena.
7“Imbagħad dawwar wiċċek lejn l-assedju ta’ Ġerusalemm u bi driegħek mikxuf ħabbar kontriha.
8U, arani, jien norbtok bil-ħbula, u ma tkunx tista’ ddur minn ġenb għall-ieħor, sakemm ma tkunx temmejt il-jiem tal-assedju tiegħek.Il-kastig tal-ġuħ
9“Imbagħad ħu qamħ u xgħir, ful u għads, millieġ u spelta, ixħethom ġo magħġna, u agħġen minnhom il-ħobż għalik. U tiekol minnu tul il-jiem li int iddum mimdud fuq ġenbejk, jiġifieri tliet mija u disgħin jum.
10L-ikel li tiekol ikun bl-użin ta’ għoxrin xekel kull jum; u tiekol minnu darba kull erbgħa u għoxrin siegħa.
11Tixrob l-ilma bil-qjies ukoll: waħda minn sitta ta’ ħin, darba kull erbgħa u għoxrin siegħa.
12U int tikolha bħal ftira tax-xgħir, moħmija quddiemhom bil-ħmieġ ta’ bniedem.”
13“Hekk, jgħid il-Mulej, ħobżhom maħmuġ għad jieklu wlied Iżrael fost il-ġnus fejn jien se nsuqhom.”
14U jien għedt: “Ah! Sidi Mulej! Qatt ma tniġġist; sa minn żgħoriti, qatt sal-lum ma kilt minn bhima mejta, jew żbranata, u qatt ma daħal f’ħalqi laħam imniġġes.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.