1Il-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron fl-art tal-Eġittu, u qalilhom:
2“Dan ix-xahar ikun għalikom l-ewwel fost ix-xhur, ikunilkom l-ewwel xahar tas-sena..
4Jekk il-familja tkun żgħira wisq biex tikluh kollu, wieħed jieħu l-ħaruf flimkien mal-ġar tiegħu, l-eqreb lejn daru, skont in-numru tan-nies; skont kemm kull wieħed jiflaħ jiekol, hekk tqisuh il-ħaruf.
5Il-ħaruf ikun bla difett, raġel, ta’ dik is-sena. Tistgħu tieħdu min-nagħaġ jew mill-mogħoż..
12Għax dak il-lejl jiena ngħaddi mill-art tal-Eġittu u nidrob ’il kull min hu l-ewwel fost l-imweldin fl-art tal-Eġittu, bnedmin u bhejjem, u nagħmel ħaqq mill-allat kollha tal-Eġittu: Jien, Jaħweh.
13Id-demm ikun bħala sinjal tagħkom fuq id-djar fejn tkunu, u jien xħin nara d-demm nibqa’ għaddej, u ebda marda ma tiġi teqridkom meta jien nidrob l-art tal-Eġittu.
50U hekk għamel il-poplu kollu ta’ Iżrael; kif il-Mulej ordna lil Mosè u lil Aron.
51U ġara li dak in-nhar stess il-Mulej ħareġ lil ulied Iżrael mill-art tal-Eġittu bil-qtajja’ kollha tagħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.