1Ġara li f’dak iż-żmien Ġuda warrab minn ma’ ħutu, u mar għand wieħed minn Għadullam, jismu Ħira.
2U hemm Ġuda ra ’l bint wieħed Kangħani, li kien jismu Sugħa; iżżewwiġha u resaq lejha.
6U Ġuda żewweġ lil Għer, ibnu l-kbir, lil mara jisimha Tamar.
7Għer, il-kbir ta’ Ġuda, kien ħażin f’għajnejn il-Mulej, u l-Mulej qatlu.
8U Ġuda qal lil Onan: “Ersaq lejn il-mara ta’ ħuk u aqdi dmirek ta’ ħaten li int, u qajjem nisel għal ħuk. li għandek f’idejk.” U tahomlha, u resaq lejha, u ħarġitlu tqila.
19U qamet, neħħiet l-istar tagħha minn fuqha, u libset l-ilbies ta’ armla.
20U Ġuda bagħtilha l-gidi ma’ ħabibu l-Għadullami, biex jieħu r-rahan minn id il-mara; imma ma sabhiex.
21U staqsa n-nies tal-post u qalilhom: “Fejn hija l-mara żienja tas-santwarju, dik li tkun f’Għenajm, hawn fit-triq?” U weġbuh: “Ma hawn l-ebda mara żienja tas-santwarju hawn.”
22U hu raġa’ lura għand Ġuda u qallu: “Ma sibthiex, u n-nies tal-post qalu li ma hemmx mara żienja tas-santwarju.”
23U Ġuda qallu: “Ħa teħodhom, li ma naqgħux għaż-żufjett, jien talli bgħattilha l-gidi, u int talli ma sibthiex.”
24U ġara li malli għaddew tliet xhur għarrfu lil Ġuda u qalulu: “Tamar, mart ibnek, żniet, u saħansitra tqalet biż-żina tagħha.” U Ġuda weġibhom: “Oħorġuha, u aħarquha.”
25U hi u ħierġa bagħtet tgħid lil missier żewġha: “Mir-raġel li tiegħu huma dawn, jien tqila.” U żiedet tgħid: “Ara tagħrafx ta’ min huma dawn: is-siġill, il-qafla u l-ħatar.”
26U Ġuda għarafhom u qal: “Għandha raġun iżjed minni, għax jien ma tajthiex lil ibni Sela.” U ma għarafhiex iżjed.
27U meta waslet biex tiled, kien hemm tewmin f’ġufha...
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.