1Jiena Pawlu, qaddej ta’ Alla, u appostlu ta’ Ġesù Kristu biex immexxi l-maħturin ta’ Alla fil-fidi u nwassalhom għat-tagħrif tal-verità li twassal għat-tjieba,
2bit-tama tal-ħajja ta’ dejjem. Alla, li ma jigdibx, wegħedhielna sa minn qabel iż-żminijiet,
3u meta wasal il-waqt irrivelahielna bil-kelma tiegħu permezz tal-predikazzjoni li kienet fdata lili skont l-ordni ta’ Alla, is-Salvatur tagħna.Ix-xogħol ta’ Titu fi Kreta
5Għalhekk jiena ħallejtek fi Kreta, biex tqassam kollox bl-ordni, u biex taħtar presbiteri f’kull belt, skont ma ordnajtlek.
6Kull min ikun maħtur ma għandu jkollu xejn x’wieħed jgħid fih; ikun raġel ta’ mara waħda, u jkollu wliedu jemmnu, bla ma ħadd jista’ jixlihom bi mġiba żienja jew bla rażan., bħala amministratur ta’ Alla, għandu jkun bniedem li ħadd ma jista’ jgħid xejn fih; ma għandux ikun mimli bih innifsu, ma jinkurlax malajr, ma jkunx mogħti għax-xorb, ma jkunx ġellied jew rgħib;
8imma jkun bniedem li jilqa’ ’l-barranin, iħobb it-tajjeb, meqjus, ġust, qaddis, irżin;
9bniedem li jżomm sħiħ mal-kelma ta’ min jemminha, biex ikun jista’ jqawwi qalb l-oħrajn bid-duttrina sħiħa u jwiddeb lil min imieri.
10Għax hemm ħafna minn dawk li ma jridux joqogħdu għal ħaddieħor, li jitkellmu fil-vojt u li jqarrqu bl-oħrajn; issibhom l-aktar fost dawk min-naħa tal-Lhud.
11Dawn jeħtiġilhom jitrażżnu, għax qegħdin jaqilbu ta’ taħt fuq familji sħaħ, billi għal qligħ baxx jgħallmu ħwejjeġ li ma jmisshomx jgħallmuhom., poeta tagħhom stess, qal: “In-nies ta’ Kreta dejjem giddibin, bhejjem qliel, żaqqiqin u għażżenin.”
13Din ix-xhieda hi minnha. Għalhekk għandek teħodhom bl-iebes, biex iżommu sħiħ fil-fidi
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.