1 KORINTIN 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11

1Ixbhu lili bħalma jien nixbah lil Kristu.

In-nisa fil-laqgħat tal-Knisja

2Infaħħarkom għax tiftakru dejjem fija u żżommu t-tradizzjonijiet li jien għaddejtilkom.

3Irridkom tkunu tafu li r-ras ta’ kull raġel huwa Kristu, u ras il-mara huwa r-raġel, u ras Kristu hu Alla.

4Kull raġel li jitlob jew jipprofetizza b’rasu mgħottija jagħmel għajb lil rasu.

5Kull mara li titlob jew tipprofetizza b’rasha mikxufa tagħmel għajb lil rasha; l-istess bħallikieku kellha xagħarha maqtugħ.

6Jekk il-mara ma tgħattix rasha, ħalliha taqta’ xagħarha. Jekk hu għajb għall-mara li taqta’ jew tqaxxar xagħarha, ħalliha tgħatti rasha.

7Raġel ma jixraqlux jgħatti rasu, għax hu xbieha u glorja ta’ Alla; il-mara hi l-glorja tar-raġel.

8Mhux ir-raġel ġej mill-mara, imma l-mara ġejja mir-raġel.It-twaqqif tal-Ewkaristija

23Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobżTqarbin ħażin

27Mela kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej.Lhud 10,29.

28Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż u jixrob il-kalċi.Mt 26,22; 2 Kor 13,5.

29Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess.

30Għalhekk ħafna fostkom huma bla saħħa u morda u oħrajn mejta.Atti 7,60; 1 Kor 15,20; Ef 5,14; 1 Tess 5,6.

31Jekk aħna ngħarblu lilna nfusna sewwa, ma nkunux ikkundannati.

32Meta jagħmel ħaqq minna l-Mulej, jagħmlu biex iwiddibna ħalli ma nkunux ikkundannati mad-dinja.Lhud 12,5-6.

33Għalhekk mela, l-aħwa, meta tiltaqgħu biex tieklu, stennew lil xulxin.

34Jekk xi ħadd ikun bil-ġuħ ħa jiekol id-dar; biex ma tkunux iltqajtu għall-kundanna tagħkom. Mill-bqija, meta niġi ngħidilkom x’għandkom tagħmlu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help