1Pawlu ta ħarsa lejn is-Sinedriju u qal: “ L-aħwa, jien sallum imxejt quddiem Alla b’kuxjenza safja għalkollox.”, il-qassis il-kbir, ordna lil dawk li kienu ħdejh biex jagħtuh daqqa fuq ħalqu.
6Issa Pawlu kien jaf li xi wħud kienu min-naħa tas-Sadduċej u oħrajn min-naħa tal-Fariżej. Għalhekk għajjat fis-Sinedriju: “L-aħwa, jien Fariżew u bin il-Fariżej; hu għalhekk li qiegħed isir ħaqq minni, minħabba t-tama fil-qawmien minn bejn l-imwiet.”Komplott biex joqtlu lil Pawlu
12Xħin sebaħ, il-Lhud iltaqgħu bejniethom u ħalfu li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma joqtlu lil Pawlu.
13Kienu aktar minn erbgħin dawk li għamlu dan il-komplott.
14Marru għand il-qassisin il-kbar u għand ix-xjuħ u qalulhom: “Aħna ħlifna fuq li ħlifna li ma nduqu xejn qabel ma noqtlu lil Pawlu..”
25U kiteb ittra b’dan li ġej:
26“Klawdju Lisja lill-eċċellenza tiegħu l-gvernatur Feliċ. Is-sliem!
27Dan ir-raġel qabduh il-Lhud u kienu se joqtluh. Jien mort bis-suldati u ħlistu minn taħt idejhom, għax sirt naf li hu ċittadin Ruman.
31Is-suldati ħadu lil Pawlu skont l-ordni li kellhom u wassluh billejl sa Antipatris.
32L-għada ħallewh f’idejn il-kavallerija biex jibqgħu sejrin bih, u huma reġgħu lura lejn il-fortizza.
33L-oħrajn, xħin waslu Ċesarija, taw l-ittra lill-gvernatur u ġiebu lil Pawlu quddiemu.
34Il-gvernatur qara l-ittra u staqsa minn liema provinċja kien. Kif sar jaf li kien miċ-Ċiliċja,.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.