DEWTERONOMJU 28 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 28Barkiet u saħtiet

1“Jekk int tassew tisma’ leħen il-Mulej, Alla tiegħek, biex tħares u tagħmel l-ordnijiet kollha tiegħu, li jien illum qiegħed nordnalek, jerfgħek il-Mulej, Alla tiegħek, fl-għoli ’l fuq mill-ġnus kollha tal-art.

3“Imbierek tkun fil-belt u mbierek fir-raba’.

4“Imbierek ikun il-frott ta’ ġufek, il-frott ta’ artek, il-frott tal-bhejjem tiegħek; il-frieħ tal-baqar tiegħek, u l-frieħ tal-imrieħel tiegħek.

5“Imbierka l-qoffa tal-ħobż tiegħek, u l-imgħaġna tiegħek.

6“Imbierek tkun fi dħulek, u mbierek fi ħruġek.

7Iħarbat il-Mulej l-għedewwa li jqumu għalik; minn triq waħda joħorġu għalik, u minn seba’ toroq jaħarbu minn quddiemek.

8“Il-Mulej jagħtik il-barka fl-imħażen tiegħek u f’kulma tmidd idek għalih; u jbierkek fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik.

9U l-Mulej jagħmel minnek poplu kkonsagrat għalih, skont ma ħaliflek, jekk int tħares l-ordnijiet tal-Mulej, Alla tiegħek, u timxi fi triqatu., u jibżgħu minnek.

16“Misħut tkun fil-belt, u misħut tkun fir-raba’.

17“Misħuta l-qoffa tal-ħobż tiegħek u l-imgħaġna tiegħek.

18“Misħut il-frott ta’ ġufek u l-frott tar-raba’ tiegħek, il-frieħ tal-baqar tiegħek u l-frieħ tal-imrieħel tiegħek.

19“Misħut tkun fi dħulek, u misħut fi ħruġek.

20“Jibgħat il-Mulej is-saħta, it-taħwid, u tehdid, f’kulma tmidd idek għalih, sakemm tinqered u tintemm fi ftit żmien minħabba l-ħażen ta’ għemilek, meta inti tlaqtni.

21Il-Mulej iqabbdek il-pesta sakemm jifnik minn fuq l-art li int sejjer fiha biex tiritha.

22Jolqtok il-Mulej bil-mard irqiq, bid-deni, bir-raxx tal-ġilda, bil-ħruq; bin-nixfa, bir-riħ jaħraq, u s-sadid tas-siġar, li jibqgħu jiġru warajk sakemm jifnuk.

30“Titgħarras ma’ mara, u ħaddieħor jitgħaxxaq biha; tibni dar, u ma tgħammarx fiha; tħawwel id-dwieli, u ma teħux frott minnhom.

37“Jitkexkxu l-ġnus kollha li f’nofshom jieħdok il-Mulej, tiġi f’ilsienhom u jiddieħqu bik.

38“Toħroġ bl-abbundanza ż-żerriegħa għar-raba’ tiegħek, imma taħsad ftit, għax jikluha l-ġradijiet.

40“Ikollok iż-żebbuġ fil-medda ta’ artek, imma biż-żejt ma tindilikx, għax iż-żebbuġ tiegħek tobżqu s-siġra.

42“Is-siġar tiegħek u l-frott ta’ artek jeħodhomlok il-ġrad.

43Il-barrani li jkun f’nofsok jitla’ ’l fuq minnek, ’il fuq ’il fuq, bla ma jaqta’ xejn; u int tinżel ’l isfel ’l isfel.

44Jisilfek hu, u int lilu ma tisilfux; hu jkun ir-ras, u int tkun id-denb.

45“Dawn is-saħtiet kollha jiġu fuqek, u jibqgħu jiġru warajk sa ma jilħquk u jeqirduk, għax ma tkunx smajt mill-kelma tal-Mulej, Alla tiegħek, u ma ħaristx l-ordnijiet u l-liġijiet li tak.

46U jkunu fik sinjali u għeġubijiet, fik u f’nislek għal dejjem.

47“Talli int ma tkunx qdejt lill-Mulej, Alla tiegħek, bil-ferħ u l-qalb it-tajba, għall-ħafna ġid li tak,, minn dik l-istess triq li jien kont għedtlek: ‘Ma taraha qatt aktar’, u hemm, irġiel u nisa, toffru ruħkom għall-bejgħ b’ilsiera lill-għedewwa tagħkom, bla ma ħadd jixtrikom.”Tiġdid tal-patt

69Dan hu d-diskors dwar il-patt li l-Mulej ordna lil Mosè li jagħmel ma’ wlied Iżrael fl-art ta’ Mowab, barra l-patt li diġà kien għamel magħhom f’Ħoreb.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help