1Għanja. Salm ta’ David.
2Sħiħa qalbi, o Alla!
Ħa ngħanni u ninseġ għanja:
3Qum, ruħ tiegħi, qum arpa u ċetra!
Ħa nqajjem sbieħ il-jum!
4Infaħħrek, Mulej, fost il-popli,
ngħannilek fost il-ġnus;
5għax m’ogħla s-smewwiet it-tjieba tiegħek,
sas-sħab il-fedeltà tiegħek.
6Ogħla ’l fuq mis-smewwiet, o Alla!
Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha,
7biex ikunu meħlusa l-għeżież tiegħek;
għinna bil-leminija tiegħek u weġibna!
8Tkellem Alla fis-santwarju tiegħu:
“Ferħan nieħu b’sehmi lil Sikem,
nagħmel oqsma mill-wied ta’ Sukkot.
9Tiegħi hu Gilgħad, tiegħi Manassi,
Efrajm hu l-elmu ta’ rasi,
u Ġuda x-xettru tiegħi.
10Mowab lenbija fejn ninħasel,
fuq Edom inqiegħed il-qorq tiegħi,
fuq Filistja nifraħ rebbieħ!”
11Min se jwassalni sal-belt bis-swar?
Min se jeħodni sa Edom?
12Mhux int, o Alla, li warrabtna,
u li m’għadekx toħroġ mal-eżerċti tagħna?
13Agħtina l-għajnuna kontra l-għadu;
għax xejn ma tiswa l-għajnuna tal-bniedem.
14Bl-għajnuna ta’ Alla nuru ħilitna;
hu li jisħaq l-għedewwa tagħna.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.