EŻEKJEL 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Il-glorja twarrab mit-tempju

1U ħarist u rajt fuq it-tisqifa ta’ fuq ras il-kerubini bħal ħaġra taż-żaffir, donnha għamla ta’ tron, li kienet tidher fuqhom. minn bejn il-kerubini u xerrdu fuq il-belt.” U dak daħal, quddiem għajnejja.

3Meta daħal dak ir-raġel il-kerubini kienu wieqfa n-naħa tal-lemin tat-tempju, u s-sħaba kienet timla l-bitħa ta’ ġewwa.

4U l-glorja tal-Mulej intrefgħet minn fuq il-kerubini u marret fuq l-għatba tat-tempju; u mtela t-tempju bis-sħaba u l-bitħa mtliet bid-dija tal-glorja tal-Mulej., it-tieni wiċċ ta’ bniedem, it-tielet wiċċ ta’ ljun, u r-raba’ wiċċ ta’ ajkla.Eżek 1,10; Apk 4,7.

15Imbagħad il-kerubini ntrefgħu. Kienu l-istess ħlejjaq ħajjin li kont rajt ħdejn ix-xmara Kebar.

16U huma u jimxu l-kerubini, kienu jimxu r-roti ħdejhom; u meta l-kerubini kienu jiftħu ġwenħajhom biex jogħlew ’il fuq mill-art, ir-roti ma kinux iwarrbu minn ħdejhom.Eżek 1,19.

17Meta l-kerubini kienu jieqfu, kienu jieqfu wkoll ir-roti; u meta kienu jogħlew, kienu jogħlew magħhom huma wkoll, għax kien hemm fihom l-ispirtu tal-ħlejjaq ħajjin.

18Imbagħad il-glorja tal-Mulej telqet mid-daħla tat-tempju, u qagħdet fuq il-kerubini;Eż 24,16; Eżek 1,28.

19u l-kerubini fetħu ġwenħajhom, ħarġu u ntrefgħu mill-art quddiem għajnejja, bir-roti maġenbhom. Imbagħad waqfu ħdejn it-tempju tal-Mulej fid-daħla tal-bieb li jagħti għal-Lvant, bil-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael fuqhom, min-naħa ta’ fuq.

20Dawn kienu l-istess ħlejjaq ħajjin li kont rajt taħt Alla ta’ Iżrael ħdejn ix-xmara Kebar; u għaraft li kienu kerubini.Eżek 1,20.

21Kull waħda mill-ħlejjaq ħajjin kellha erba’ wċuħ u erba’ ġwienaħ, b’sura ta’ id ta’ bniedem taħt ġwenħajhom.

22U minn suret wiċċhom kienu l-istess uċuħ li kont rajt ħdejn ix-xmara Kebar. Kull waħda minnhom kienet miexja ’l quddiem.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help