NUMRI 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24

1U Balgħam ra li l-Mulej kien jogħġbu jbierek lil Iżrael u ma fittixx iżjed bħal qabel is-sħarijiet, u dawwar wiċċu lejn id-deżert.

2U Balgħam rafa’ għajnejh u ra lil Iżrael, mifrux fil-kamp u mqassam tribù tribù. Imbagħad niżel l-ispirtu ta’ Alla fuqu

3u beda jitkellem u jgħid:

“Il-kelma ta’ Balgħam bin Begħor;

l-oraklu ta’ bniedem b’għajnejh miftuħa;

4L-oraklu ta’ wieħed jisma’ kliem Alla,

u jara dehret Alla li jista’ kollox,

u jaqa’ fl-art u għajnejh mikxufa.

5Kemm huma sbieħ l-għerejjex tiegħek, Ġakobb,

l-għamajjar tiegħek, Iżrael.

6Bħal widien jinfirxu,

bħal ġonna ma’ xatt xi xmara,

bħal siġar tas-sabbâra mħawla mill-Mulej,

bħal masġar tal-arżnu ħdejn l-ilma!

7L-ilma jfawwar mill-bramel tiegħu,

u nislu kotran bħall-ilmijiet.

Is-sultan tiegħu ogħla minn Agag,

u s-saltna tiegħu togħla ’l fuq.

9Jinżel u jimtedd bħal iljun,

bħal iljuna u ħadd ma jqajmu.

Imbierek min ibierkek;

Misħut min jisħtek!”

10Balak xegħel bil-korla għal Balgħam, u ħabbat idejh u qal lil Balgħam: “Sejjaħtlek biex tisħet l-għadu tiegħi, u int beriktu għal tliet darbiet.,

u jqum xettru minn Iżrael;

u jkisser ngħas Mowab,

u jeqred l-ulied kollha ta’ Set.

18Edom ikun wirtu;

Xegħir wirt l-għedewwa tiegħu;

Iżrael jagħmel l-għeġubijiet ta’ ħila.

19Jaħkem bniedem ġej minn Ġakobb,

u jeqred il-fdal minn Għir.”

20U ra lil Għamalek u beda jitkellem u jgħid:

“L-ewwel fost il-ġnus hu Għamalek;

imma tmiemu jkun qerda għal dejjem.”

21Ra lill-Kenin u beda jitkellem u jgħid:

“Imqar jekk tkun qawwija għamartek;

u l-bejta tiegħek tkun fil-blat,

22ħerba għad isiru l-Kenin,

kemm se jdum ma ijassrek Assur?”

23U raġa’ beda jitkellem u jgħid:

“Oh! Min jibqa’ ħaj meta Alla jagħmel dan?

24Jiġu l-iġfna minn Kittin,

u jgħakksu lil Assur u lil Għeber;

u mbagħad jinqered hu wkoll.”

25Balgħam qam u raġa’ lura lejn pajjiżu, u Balak qabad triqtu. Iżrael jadura lil Bagħal ta’ Pegħor

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help