GĦAMOS 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Mowab

1Dan jgħid il-Mulej:

“Għal tliet dnubiet ta’ Mowab,

erbgħa anzi,

ma rreġġax lura kelmti,

għax għadam is-sultan ta’ Edom ħarquh irmied;

2nibgħat in-nar f’Mowab,

u jeqred il-palazzi ta’ Kerijjot,

u Mowab imut fost l-għajjat,

u l-għagħa u d-daqq tat-tromba;

3neqred min-nofs ’il min jaħkimha,

u miegħu noqtol il-prinċpijiet tagħha kollha,”

jgħid il-Mulej.

Il-ħaqq tal-Mulej għal Ġuda u Iżrael

4Dan jgħid il-Mulej:

“Għal tliet dnubiet ta’ Ġuda,

erbgħa anzi,

ma rreġġax lura kelmti,

għax huma telqu l-liġi tal-Mulej,

u ma ħarsux il-kmandamenti tiegħu;

ħarġuhom barra mit-triq l-idoli tagħhom,

li mxew warajhom missirijiethom;

5għalhekk jien nibgħat nar fuq Ġuda,

u naħraq il-palazzi ta’ Ġerusalemm.”

6Dan jgħid il-Mulej:

“Għal tliet dnubiet ta’ Iżrael,

erbgħa anzi,

ma rreġġax lura kelmti,

għax huma biegħu l-bniedem ġust għall-fidda,

u l-fqir għal żewġt iqrieq;

7saħqu ras l-imsejkna mat-trab tal-art,

u għawġu t-triq tal-umli;

għax huma jidħlu għand l-istess żagħżugħa,

sew l-iben, sew missieru,

biex iżebilħu l-isem qaddis tiegħi;

8u għax ħdejn kull artal jimteddu

fl-art fuq ħwejjeġ mirhunin;

u fid-dar ta’ alla tagħhom ilegilgu

l-inbid ta’ dawk li huma jimmultaw.

9U safrattant kont jien li qridtilhom ġens l-Amurrin,

minn quddiemhom, minkejja li kien għoli daqs iċ-ċedri,

u l-qawwa tiegħu qawwa tal-ballut.

U qridtlu l-frott minn fuqu u sal-għeruq minn taħtu.

10Kont jien li tellajtkom mill-Eġittu,

mexxejtkom erbgħin sena fid-deżert,

biex tieħdu art ġens l-Amurrin.

11Kont jien li għażilt profeti minn uliedkom

u nażrin miż-żgħażagħ tagħkom.

Mhux hekk għamilt magħkom,

ulied Iżrael?” jgħid il-Mulej.

12“Iżda intom sqejtu l-inbid lin-nażrin,

u lill-profeti għedtulhom: ‘Tħabbrulniex!’

13Araw, se rrosskom mal-art,

kif jintrass ’l isfel karettun mgħobbi bil-qatet.

14Il-ħafif ma jibqagħlux ħila biex jaħrab,

il-qawwi ma jwettaqx saħħtu;

lanqas il-qalbieni ma jsalva ħajtu;

15min jaqbad l-ark ma jiqafx fuq riġlejh,

min hu riġlejh ħfief ma jsalvax,

lanqas ir-rikkieb ma jsalva ħajtu;

16u mqar l-aqwa wieħed fost il-qalbiena,

ikollu jaħrab għarwien dakinhar,”

jgħid il-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help