ĠOŻWÈ 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17Sehem ulied it-tribù ta’ Manassi

1Din hi x-xorti li messet lit-tribù ta’ Manassi, għax hu kien il-kbir ta’ Ġużeppi. Makir, il-kbir ta’ Manassi, missier Gilgħad, billi kien raġel gwerrier messu Gilgħad u Basan,

4Dawn ġew quddiem Elgħażar il-qassis, u quddiem Ġożwè, u quddiem il-kbarat, u qalulhom: “Il-Mulej ordna lil Mosè li jagħtina sehem f’nofs ħutna.” U tahom sehem f’nofs ħut missierhom skont ma kien ordna l-Mulej.

5U Manassi messu wkoll għaxar ishma barra mill-art ta’ Gilgħad u Basan, in-naħa l-oħra tal-Ġordan.

14Ulied Ġużeppi kellmu lil Ġożwè, u qalulu: “Għaliex messitna x-xorti għal sehem wieħed biss u tajtna qasam wieħed? Jiena poplu kotran, għax s’issa berikni l-Mulej.”Ġen 48,19-20; Ġoż 16,4.

15U Ġożwè wieġeb: “Jekk inti poplu kotran, itla’ lejn il-foresta u agħmel il-wisa’ għalik fl-art tal-Periżżin u r-Refajin jekk jidher li l-muntanji ta’ Efrajm huma dojoq għalik.”

16U wlied Ġużeppi qalulu: “Mhux biżżejjed għalina l-muntanji; il-Kangħanin li jgħammru fil-wita lkoll għandhom karrijiet tal-ħadid, dawk li jgħammru sew f’Betsan bl-irħula tagħha u sew fil-wied ta’ Ġeżragħel.”Mħ 1,19; 6,33.

17Ġożwè wieġeb lil dar Ġużeppi, lil Efrajm u lil Manassi: “Int poplu kotran u għandek saħħa kbira, m’għandhiex tmissek xorti waħda;

18il-muntanji jkunu tiegħek; hemm il-foresta, qaċċatha u l-wisa’ jkun għalik, għax inti tkeċċi l-Kangħanin, minkejja li għandhom il-karrijiet tal-ħadid u b’saħħithom.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help