BIN SIRAK 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12L-għemil it-tajjeb

1Meta tagħmel it-tajjeb, kun af lil min qed tagħmlu,

u jroddulek ħajr għat-tajjeb tiegħek.

2Agħmel it-tajjeb ma’ bniedem sewwa u ħlas ikollok,

jekk mhux mingħandu, mingħand l-Għoli.

3Ma jikseb xejn tajjeb min iwebbes rasu fil-ħażen,

jew min ma jagħmilx karità.

4Agħti lill-bniedem sewwa,

u tgħinx lill-midneb.

5Agħmel it-tajjeb mal-umli,

u tagħtix lil bniedem ħażin;

iċħadlu ħobżu u tagħtihulux,

li ma jmurx bih jaħkem fuqek;

għax titħallas b’ħażen għal darba tnejn

għat-tajjeb kollu li tkun għamiltlu.

6Għax lanqas l-Għoli ma jaħmel il-midinbin,

u jitħallas minn dawk li ma jibżgħux minnu.

7Agħti lill-bniedem sewwa,

u tgħinx lill-midneb.

Ħbieb veri u ħbieb foloz

8Il-ħabib ma jingħarafx fil-ġid,

u l-għadu ma jinħebiex fid-deni.

9Meta bniedem hu fil-ġid jitnikktu l-għedewwa tiegħu,

imma fl-għawġ ħabibu jitwarrab minnu.

10Qatt tafda l-għadu tiegħek,

għax bħalma r-ram isaddad,

hekk ukoll ħżunitu.

11Imqar jekk jiċċekken u jitbaxxa quddiemek,

oqgħod attent u għassa tiegħu;

kun għalih bħal wieħed inaddaf mera,

u tkun taf x’hemm taħt is-sadid.

12Tqegħdux maġenbek,

li ma jaqlibhilekx biex jeħodlok postok;

tqegħdux bilqiegħda fuq il-lemin tiegħek,

li ma jmurx ifittex li jeħodlok postok,

u fl-aħħar tiġi fi kliemi,

u tħoss in-nigża tiegħu għal li tkun għamilt.

13Min se jitħassar wieħed isaħħar is-sriep jekk qatt jingidem,

jew lil dawk li jersqu lejn il-bhejjem ħorox?

14Hekk ukoll lil wieħed li jindiehes ma’ midneb

u jkollu x’jaqsam miegħu fi dnubietu.

15Jibqa’ miegħek għal xi żmien

imma jekk taħbat tixxengel, ma jistabarx bik.

16L-għadu għandu fuq xufftejh kliem ħelu,

imma f’qalbu jfassal biex iwaqqgħek f’ħofra;

minn għajnejh l-għadu jnixxi d-dmugħ,

imma meta jiġih il-waqt, id-demm li jċarċar ma jkunx biżżejjed.

17Jekk tiltaqa’ ma’ xi għawġ, issibu hemm qablek;

u, bħallikieku se jtik daqqa t’id, joqgħod m’għarqubek biex jaqlibhielek;

18iċaqlaq rasu u jċapċap idejh,

u jgħid ħafna minn taħt l-ilsien, u jbiddel bixret wiċċu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help