APOKALISSI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebEżiljat fil-gżira ta’ Patmos, Ġwanni ħass li kellu jikteb lill-insara li kienu qed jiġu ppersegwitati, biex iqawwilhom qalbhom.Fid-dehra tal-bidu, hu jara lil Kristu li jgħidlu x’għandu jgħid u jagħmel biex iħeġġeġ lill-insara fis-seba’ knejjes li lilhom qed jindirizza l-ktieb tiegħu. Il-messaġġ jinbena fuq tliet kunċetti ewlenin:a. Il-forza tal-ħażen qed taħkem id-dinja u ġġiegħel lill-insara jbatub. Ġesù hu l-Mulej u għad jegħleb kull forza tal-ħażenċ. Alla għandu premju kbir għal dawk li jibqgħu leali lejh u jagħtu ħajjithom għas-servizz tiegħu.Kien messaġġ ta’ qawwa u inkoraġġiment kbir għall-insara li kienu għaddejjin minn tbatijiet kbar għax jistqarru lil Kristu jew ma jiċħdux il-fidi tagħhom. Minkejja l-poter enormi tal-Imperu Ruman, ħadd u xejn ma kien se jżomm lil Kristu mir-rebħa finali.Il-ktieb hu sensiela ta’ dehriet b’messaġġi speċifiċi skont il-knejjes li lilhom huma indirizzati l-messaġġi. Il-lingwaġġ hu wieħed simboliku u ta’ stil profetiku. Il-messaġġi għandhom il-qalba tagħhom fit-Testment il-Qadim, u għalhekk setgħu jinftiehmu biss mill-insara. L-ebda uffiċjal Ruman ma sata’ qatt jifhem it-tħabbir tal-waqgħa tal-Imperu Ruman fis-simbolu tal-waqgħa tal-Babilonja.Il-kittieb juża xbihat differenti biex juri l-qawwa ta’ Alla. F’kapitlu 4 naqraw dwar it-tron ta’ Alla bil-glorja kollha tiegħu. Il-kontroll assolut li Ġesù Kristu Rxoxt għandu fuq il-qawwiet tad-dinja, jiġi ppreżentat fil-Ktieb tal-Ħaruf li kellu seba’ siġilli. In-numru 7 jirrepeti ruħu ħafna drabi għaliex ifisser l-infinit u għalhekk il-kobor ta’ Alla hu infinit f’kull dehra.L-insara ppersegwitati sabu f’dan il-ktieb it-tama li kull tbatija tispiċċa fix-xejn meta mqabbla mal-premju li hemm lest għal dawk li jibqgħu sħaħ fil-fidi.Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom. Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajjat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-ħwejjeġ ta’ qabel (21,3-4).It-taqsim tal-ktiebIntroduzzjoni (1,1-8)L-ewwel dehra u l-ittri lis-seba’ knejjes (1,9—3,22)Il-ktieb bis-seba’ siġilli (4,1—8,1)Is-seba’ trombi (8,2—11,19)Id-dragun u ż-żewġ bhejjem (12,1—13,18)Dehriet diversi (14,1—15,8)Is-seba’ bwieqi tal-korla ta’ Alla (16,1-21)Il-waqgħa tal-Babilonja, it-telfa tal-bhima, il-profeta falz, u x-xitan (17,1—20,10)L-aħħar ġudizzju (20,11-15)Is-sema l-ġdid, l-art ġdida, Ġerusalemm il-ġdida (21,1—22,5)Konklużjoni (22,6-21)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help