1Kien hemm raġel minn Ramatajm-sofim mill-muntanji ta’ Efrajm, u kien jismu Elkana bin Ġeroħam, bin Eliħu, bin Toħu, bin Suf minn Efrajm.
4Ġara li f’jum minnhom, Elkana offra s-sagrifiċċju u ta ishma lil martu Peninna u lis-subien u l-bniet tagħha lkoll;
9U wara li kielu u xorbu f’Silo, Anna qamet u marret quddiem il-Mulej, u l-qassis Għeli kien bilqiegħda fuq is-siġġu ħdejn it-tarġa tal-bieb tat-tempju tal-Mulej.
10Anna kellha qalbha kollha mrar, u bdiet titlob lill-Mulej, u tibki ħafna.
11Għamlet wegħda u qalet: “Mulej tal-eżerċti, jekk inti tħares lejn l-hemm tal-qaddejja tiegħek u tiftakar fija, u ma twarrabx il-qaddejja tiegħek, u tagħtiha tifel, hija tagħtih lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu, u minn fuq rasu ma jgħaddix il-mus.”
12Damet titlob ħafna quddiem il-Mulej, u Għeli kien qiegħed iħares lejn fommha.
13Anna kienet titkellem f’qalbha; xufftejha biss kienu jitħarrku, u leħinha ma jinstamax. Għalhekk Għeli ħasibha fis-sakra
14u qalilha: “Kemm se ddum fis-sakra? Eħles mill-inbid li għandek fuqek.”
15Anna wieġbet: “Le, sidi, jiena mara b’qalbha muġugħa, u ma xrobt la nbid u lanqas xorb ieħor li jsakkar, imma qiegħda niftaħ qalbi quddiem il-Mulej.
16La tqisx il-qaddejja tiegħek b’mara ħażina; s’issa tkellimt mill-kotra ta’ hemmi u n-niket tiegħi.”
17Għeli wieġeb: “Mur bis-sliem. Alla ta’ Iżrael sama’ t-talba tiegħek, u jagħtik kulma tlabtu.”
18U hi wieġbet: “Jalla l-qaddejja tiegħek issib ħniena f’għajnejk.”
Il-mara qabdet triqtha, kielet, u wiċċha ma baqax bħal qabel.
19L-għada filgħodu bakkru u marru jaduraw il-Mulej, u telqu lura lejn darhom f’Rama.
It-twelid ta’ SamwelImbagħad Elkana għaraf ’il martu, u l-Mulej ftakar fiha.
20U tqalet, u meta wasal żmienha wildet iben u semmietu Samwel “għaliex”, kif qalet hi, “tlabtu lill-Mulej.”
21Elkana bil-familja kollha tala’ joffri s-sagrifiċċju ta’ kull sena lill-Mulej u jtemm il-wegħda tiegħu.
22Imma Anna ma telgħetx, għaliex qalet lil żewġha: “Meta nkun ftamt it-tifel, imbagħad nieħdu biex jidher quddiem il-Mulej, u jibqa’ hemm għal dejjem.”
23U Elkana żewġha qalilha: “Agħmel kif jogħġbok; oqgħod sakemm toftmu. Biss jalla l-Mulej iseddaq kelmtek!” U l-mara baqgħet hemm, u reddgħet it-tifel sa ma fatmitu.
24U meta fatmitu, Anna tellgħet ’il binha magħha fid-dar tal-Mulej f’Silo. Ħadet magħha gendus ta’ tliet snin, efa dqiq u żaqq inbid, u marret bit-tfajjel magħha.
25Hemm qatlu l-gendus, u ressqu t-tifel quddiem Għeli,
26u qaltlu: “Nitolbok, sidi; daqskemm int ħaj, sidi, jien dik il-mara li kienet wieqfa hawn ħdejk titlob lill-Mulej.
27Għal dan it-tifel kont tlabt, u l-Mulej laqa’ t-talba tiegħi, u tani li tlabtu.
28U issa jien se nagħtih lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu, u kemm idum ħaj ikun tal-Mulej.” U qiemu lill-Mulej hemmhekk.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.