1U Alla bierek lil Noè u lil uliedu, u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-art., la tikluhx.
6Kull min ixerred demm ta’ bniedem,
minn bniedem ieħor jixxerred demmu.
Għax skont ix-xbieha tiegħu,
ħalqu Alla lill-bniedem.
7U intom nisslu u oktru;
xterdu mal-art u oktru fuqha.”Il-patt ma’ Noè
8U Alla kellem lil Noè u lil uliedu miegħu u qalilhom:
9“Arawni, hawn jien se nagħmel il-patt tiegħi magħkom u ma’ nisilkom warajkom;
12U żied jgħid Alla: “Dan ikun is-sinjal tal-patt li jien qiegħed nagħmel bejni u bejnkom, u bejn kull ħliqa ħajja li hemm magħkom, għall-ġenerazzjonijiet kollha għal dejjem.
13Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art.
26Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Sem,
u jkun Kangħan il-qaddej tiegħu.
27Iwassa’ Alla lil Ġafet,
u jgħammar dan fl-għerejjex ta’ Sem,
u Kangħan ikun il-qaddej tiegħu.”
28U Noè għex tliet mija u ħamsin sena oħra wara d-dilluvju.
29U għomor Noè laħaq id-disa’ mija u ħamsin sena; u mbagħad miet.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.