13 13 Din hi l-kopja tal-ittra: “Assweru, is-sultan il-kbir, lill-gvernaturi tal-mija u sebgħa u għoxrin provinċja mill-Indja sal-Etjopja, u lil dawk li huma ħbieb tagħna, sliem.
14 14 “Ħafna nies, aktar ma jkollhom unuri, ħafna drabi mogħtija bl-aqwa ġenerożità mill-benefatturi tagħhom, aktar jitkabbru;
15 15 u mhux biss ifittxu li jagħmlu l-ħsara lis-sudditi tagħna, iżda, bla ma jkollhom il-ħila jrieġu taħt l-abbundanza tal-ġid, imiddu jdejhom biex jaħdmu kontra dawk stess li jkunu għamlulhom il-ġid.
16 16 Mhux biżżejjed jeqirdu l-gratitudni minn fost il-bnedmin, imma wkoll li jitkabbru bil-ftaħir, bħallikieku qatt ma qalgħu xejn, u jaħsbu li se jeħilsu mill-ġustizzja ta’ Alla, li jobgħod il-ħażen u jara dejjem kollox.
17 17 “Bosta drabi l-kliem sabiħ ta’ dawk li kienu fdati biex jieħdu ħsieb ħwejjeġ ħbiebhom, wasslu lil ħafna nies ta’ awtorità li jkollhom sehem mill-ħtija għat-tixrid ta’ demm ta’ nies bla ħtija, u kienu kaġun ta’ ħsara li ma tissewwiex.
18 18 Qarrqu bil-gideb u ż-żegħil ta’ ħżunithom ir-rieda tajba ta’ kapijiet bla ħażen.
19 19 “Intom tistgħu taraw dan mhux biss mill-istorja tal-qedem li waslet sa żminijietna, iżda wkoll jekk tfittxu u tħarsu lejn id-delitti li saru f’dan iż-żmien bl-għemil qarrieq ta’ dawk li għandhom il-poter bla ma jixirqilhom.
20 20 “Aħna għandna naħsbu biex għal li ġej inżommu l-ordni fis-saltna u s-sliem għal kulħadd;, tabilħaqq barrani fid-demm għalina l-Persjani u ’l bogħod ħafna mit-tjieba tagħna,
23 23 konna lqajnieh fostna bħala frustier, u ġarrab il-ħbiberija li għandna għal kull ġens, tant li sejjaħnielu missierna, u kien stmat minn kulħadd bħala l-bniedem l-eqreb lejn it-tron tas-sultan.
31 31 “Mela intom għandkom ixxandru fil-beraħ ma’ kullimkien il-kopja ta’ din l-ittra, u ħallu lil-Lhud jgħixu skont il-liġijiet tagħhom.
32 32 U għinuhom biex dak in-nhar, it-tlettax tax-xahar tnax, li huwa Adar, jiddefendu ruħhom kontra dawk li jaħbtu għalihom f’jum l-hemm tagħhom.
33 33 “Għax Alla li jista’ kollox bidlilhom dan il-jum; minn jum ta’ qerda tal-poplu magħżul, għamilhulhom jum ta’ ferħ.
34 34 “Intom għandkom tħarsu bl-ikbar ferħ dan il-jum b’jum ta’ tifkira, l-aqwa fost il-festi kollha kbar tagħkom,
35 35 biex issa u għal li ġej ikollna s-sliem, aħna u l-Persjani ħbieb tagħna, iżda għal dawk li jnassu kontrina, ikun tifkira ta’ qerda.
36 36 “Kull belt jew provinċja, li ma tagħmilx dan li qegħdin ngħidu, tkun meqruda bla ħniena bix-xabla u n-nar. Mhux biss ebda bniedem ma joqgħod fiha, imma saħansitra jistkerrhuha l-bhejjem selvaġġi u t-tjur tal-ajru.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.