SALMI 61 - Maltese Bible with DC

Salm 61Talba ta’ wieħed itturufnat

1Għall-mexxej tal-kor. Bl-istrumenti tal-korda. Ta’ David.

2Isma’, o Alla, l-għajta tiegħi,

agħti widen għat-talba tiegħi.

3Minn truf l-art lilek insejjaħ,

meta nkun qalbi maqtugħa;

minn hemm inti mexxini

lejn il-fortizza fuq l-għolja.

4Għax int sirt kenn għalija,

torri qawwi quddiem l-għadu.

5M’hux li kont ngħix f’għamartek għal dejjem,

nistkenn għas-satra ta’ ġwenħajk!

6Għax int, o Alla, smajt il-wegħda tiegħi,

u tajtni l-wirt ta’ min iqim lil ismek.

7Lis-sultan kattarlu ż-żmien ta’ ħajtu;

ikunu snin ħajtu minn nisel għal nisel.

8Isaltan quddiem Alla għal dejjem.

Agħmel li jħarsuh it-tjieba u l-fedeltà.

9Hekk infaħħar ismek għal dejjem,

jien u rrodd kuljum il-wegħdiet tiegħi.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help