TOBIT 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5L-anġlu Rafel

1Tobija wieġeb lil Tobit missieru u qallu: “Missier, nagħmel kulma għedtli.

2Imma kif nista’ nieħu mingħandu l-flus meta la hu ma jaf lili, u lanqas jien ma naf lilu? X’sinjal nista’ nagħtih biex jagħrafni, jemminni u jagħtini l-flus? U lanqas naf it-toroq li jieħdu għall-Medja biex immur hemm.”

3Tobit wieġeb u qal lil ibnu Tobija: “Hu tani kitba minn idu u jien tajtu oħra minn idi, imbagħad qsamtha f’biċċtejn, u ħadna waħda kull wieħed u tiegħi qegħedtha mal-flus. Issa għaddew għoxrin sena minn mindu jien ħallejt dawk il-flus. Issa, ibni, fittex bniedem tafdah, biex jiġi miegħek, u nħallsuh sakemm terġa’ lura; imbagħad mur u ġib il-flus mingħand Gabajel.”

4Tobija ħareġ ifittex raġel li jaf it-triq, biex imur miegħu l-Medja, u kif ħareġ isib l-anġlu Rafel wieqaf quddiemu, u ma għarafx li kien anġlu ta’ Alla. bin Ħananija l-kbir, mir-razza tiegħek.”

14Tobit imbagħad qallu: “Merħba bik, ħija, u jalla r-riżq. Teħodhiex miegħi, ħija, jekk ridt naf is-sewwa u x’inhi l-familja tiegħek. Ħabat sewwa li int qarib, ġej minn familja sewwa u tajba. Jien naf lil Ħananija u ’l Natan, iż-żewġ ulied ta’ Xemajja l-kbir; kienu jiġu miegħi Ġerusalemm u hemm jaduraw miegħi, u qatt ma tilfu triqthom. Ħutek nies sewwa. Int ħiereġ minn siġra tajba, u merħba bik.”

15U ssokta jgħidlu: “Jien inħallsek drakma kull jum u nagħtik kulma jeħtieġ għalik u għat-tifel tiegħi.

16Mur ma’ ibni, u meta terġgħu lura nżidlek xi ħaġa oħra.”

17U dak wieġbu: “Immur miegħu. Tibżax, qawwijin u sħaħ nitilqu, u qawwijin u sħaħ nerġgħu lura għandek, għax it-triq hija żgura.” Tobit wieġeb: “Tkun imbierek, ħija.” U sejjaħ lil ibnu u qallu: “Ibni, lesti l-meħtieġ għat-triq, u mur ma’ ħuk, u Alla li hu fis-sema jwassalkom hemmhekk bis-sliem, u jreġġagħkom lura għandi qawwijin u sħaħ. L-anġlu tiegħu jkun magħkom u jħariskom, ibni.”

Tobija qam u ħareġ biex jibda l-vjaġġ; bies lil missieru u lil ommu, u Tobit qallu: “Mur bis-sliema.”

18Imma ommu nfexxet tibki, u qalet lil Tobit; “Għaliex bgħatt lil ibni? Mhux forsi l-bastun ta’ idejna, dieħel u ħiereġ quddiemna?

19Flus bi flus aħjar nitlifhom, u nsalvaw it-tifel.

20Biżżejjed għalina ngħixu kif iridna l-Mulej.”

21U Tobit wieġeb: “Taħseb xejn. Qawwi u sħiħ jitlaq, u qawwi u sħiħ jerġa’ lura t-tifel għandna, u int tarah b’għajnejk qawwi u sħiħ.

22Titħasseb xejn, tibżax minħabba fih, oħti. Anġlu tajjeb imur u jimxi miegħu, titwittielu t-triq u jerġa’ lura qawwi u sħiħ.”

23U ma bkietx aktar.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help