LEVITIKU 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17Il-liġi tal-qdusija

1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Kellem lil Aron, u ’l uliedu, u lil ulied Iżrael kollha, u għidilhom: Dan hu li jordnalkom il-Mulej:

3Kull raġel minn dar Iżrael li joqtol gendus, nagħġa, jew mogħża, ġewwa jew barra l-kamp,

4u ma jġibhiex f’bieb it-tinda tal-laqgħa b’offerta lill-Mulej quddiem l-għamara tal-Mulej, ikun ħati tad-demm, għax ikun xerred id-demm. Dan ir-raġel ikun maqtugħ mill-poplu tiegħu.

5Għalhekk ulied Iżrael għandhom iġibu l-vittmi tagħhom, li soltu joqtlu fir-raba’, u jeħduhom lill-Mulej quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa għand il-qassis, u joqtluhom u joffruhom b’sagrifiċċju tas-sliem lill-Mulej.

6U jxerred il-qassis id-demm fuq l-artal tal-Mulej, biswit il-bieb tat-tinda tal-laqgħa, u jaħraq ix-xaħam b’riħa tfuħ lill-Mulej.

7U ma joqtlux aktar il-vittmi u joffruhom lis-satiri, li marru u żnew magħhom. Din tkun liġi għal dejjem għalihom u għal nisilhom.

8“Għidilhom ukoll: Kull bniedem mid-dar ta’ Iżrael u mill-barranin, li jkunu joqogħdu f’nofskom, li jkun se joffri sagrifiċċju tal-ħruq jew xi sagrifiċċju ieħor,

9u ma jġibux quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa biex joffrih lill-Mulej, dan il-bniedem ikun maqtugħ mill-poplu tiegħu.

10“Kull bniedem mid-dar ta’ Iżrael, jew mill-barranin, li jkunu joqogħdu f’nofskom, li jieklu kull xorta ta’ demm, jien indawwar wiċċi kontra tiegħu għax ikun kiel id-demm, u naqtgħu minn nofs il-poplu tiegħu.. Għaliex bid-demm, li hu l-ħajja, issir l-espjazzjoni.

15“Kull bniedem, sew tal-post sew barrani, li jiekol minn bhima mejta jew żbranata, għandu jaħsel ħwejġu u jinħasel bl-ilma, u jibqa’ mniġġes sa filgħaxija; u mbagħad ikun nadif.Eż 22,30; Lev 11,39-40; 22,8; Dt 14,21; Eżek 4,14.

16U jekk ma jaħsilx ħwejġu, u ma jinħasilx, ikun ħati ta’ ħżunitu.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help