NUMRI 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Dmirijiet oħra tal-Leviti

1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:Ulied Keħat

4“U dan hu s-servizz ta’ wlied Keħat fit-tinda tal-laqgħa fil-ħwejjeġ l-aktar qaddisa.

5Kull meta jkun se jiċċaqlaq il-kamp, jidħlu Aron u wliedu, u jniżżlu l-velu, u jkebbu fih l-arka tax-xhieda miktuba,

12“Jieħdu t-tagħmir kollu tas-servizz fis-santwarju, u jkebbuh f’biċċa drapp vjola, jgħattuh bil-ġild tad-denfil, u jqegħduh fuq il-lasti tal-ġarr.

13U jnaddfu l-artal mill-irmied, u jixħtu fuqu biċċa drapp tal-porpra,

14u jqiegħdu fuqu t-tagħmir kollu tiegħu għas-servizz, it-twaġen għall-ġamar, l-imqassijiet, il-pwali, il-bwieqi u t-tagħmir kollu tal-artal, u jgħattu kollox b’biċċa ġild tad-denfil u jqiegħdu l-lasti f’posthom.

15“Meta Aron u wliedu jkunu għattew is-santwarju u t-tagħmir kollu tas-santwarju, meta jkun se jiċċaqlaq il-kamp, jersqu wlied Keħat, u jerfgħuhom, bla ma jmissuhom, inkella jmutu. Dan li kellhom jagħmlu wlied Keħat, fil-ġarr tat-tinda tal-laqgħa.

16“Elgħażar bin Aron, il-qassis, għandu jieħu ħsieb iż-żejt għall-mixegħla, l-inċens ifuħ, l-offerta ta’ kuljum, u ż-żejt tal-konsagrazzjoni; għandu jieħu ħsieb it-tabernaklu kollu, u kulma kien hemm fih, bis-santwarju u t-tagħmir kollu tiegħu.”

17U l-Mulej kellem lil Mosè u ’l Aron u qalilhom:

18“Tħallux li n-nisel tal-familji tal-Keħatin jintemm minn nofs il-Leviti.

19Imma biex jibqgħu ħajjin u ma jmutux meta jersqu lejn l-aktar ħwejjeġ qaddisa, agħmlilhom hekk: L-ewwel jidħol Aron u wliedu, u lil kull wieħed jagħtuh ix-xogħol tiegħu u jgħidulu x’għandu jġorr.

20Il-Keħatin stess ma għandhomx jidħlu u jaraw, imqar għal waqt wieħed biss, is-santwarju: inkella jmutu.”Ulied Gersun

21Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

22“Għodd lil ulied Gersun skont djar missirijiethom u l-familji tagħhom.

23Għodd lil dawk kollha minn tletin sena ’l fuq sal-ħamsin, tajbin għall-gwerra, biex jagħmlu xi servizz fit-tinda tal-laqgħa.

24Dan li għandhom jagħmlu l-familji tal-Gersunin fis-servizz u fil-ġarr:

25iġorru d-drapp tat-tabernaklu u t-tinda tal-laqgħa, l-għata tal-ġild tad-denfil mifrux fuqu, il-velu fi dħul it-tinda tal-laqgħat;

26id-drapp tal-bitħa, u l-purtiera tal-bieb tal-bitħa ta’ madwar it-tabernaklu u l-artal, il-ventijiet, u t-tagħmir kollu għas-servizz tagħhom; u jagħmlulhom kulma jkun jenħtieġ.

27“Is-servizz kollu tal-Gersunin, x’għandhom iġorru u x’għandhom jagħmlu, ikun kollu taħt il-ħarsien ta’ Aron u wliedu; intom tgħidulhom x’għandhom jerfgħu biċċa biċċa.

28Dan hu xogħol il-familji ta’ wlied Gersun fit-tinda tal-laqgħa: taħt il-ħarsien ta’ Itamar bin Aron, il-qassis.

Ulied Merari

29“Għodd ukoll lil ulied Merari skont il-familji u djar missirijiethom;

30tgħodd l-irġiel kollha minn tletin sena’l fuq sal-ħamsin, tajbin għall-gwerra, biex jagħmlu xi servizz fit-tinda tal-laqgħa.

31U dan hu x-xogħol tagħhom fil-ġarr u s-servizz fit-tinda tal-laqgħa; it-tavlar tat-tinda, it-traversi, il-pilastri, l-imqagħad tagħhom;Num 3,36-37.

32il-pilastri tal-bitħa dawramejt bl-imqagħad tagħhom, l-imsiemer u l-ventijiet u t-tagħmir kollu tagħhom għall-ħtiġiet tagħhom. Tgħidilhom b’isimhom il-ħwejjeġ kollha li għandhom jieħdu ħsieb iġorru.

33“Dan hu x-xogħol tal-familji ta’ wlied Merari skont is-servizz tagħhom fit-tinda tal-laqgħa, taħt il-ħarsien ta’ Itamar bin Aron, il-qassis.”

Iċ-ċensiment tal-Leviti

34Għaddew Mosè u Aron u l-prinċpijiet kollha tal-ġemgħa l-ulied tal-Keħatin, skont il-familji u d-djar ta’ missirijiethom;Num 3,15-34.

35għaddew lill-irġiel kollha minn tletin sena ’l fuq sal-ħamsin, tajbin għall-gwerra, biex jidħlu jservu fit-tinda tal-laqgħa.

36U l-għadd tagħhom skont il-familji tagħhom kien ilaħħaq elfejn seba’ mija u ħamsin ruħ.

37Dan hu l-għadd tal-familji tal-Keħatin, li jservu fit-tinda tal-laqgħa, li għaddew Mosè u Aron skont ma qalilhom il-Mulej permezz ta’ Mosè.

38U l-għadd ta’ wlied Gersun skont il-familji tagħhom u djar missirijiethom,

39minn tletin sena ’l fuq sal-ħamsin, tajbin għall-gwerra, biex jagħmlu xi servizz fit-tinda tal-laqgħa,

40dan l-għadd tagħhom skont il-familji tagħhom u djar missirijiethom kien elfejn u sitt mija u tletin ruħ.

41Dan hu l-għadd tal-familji ta’ Gersun, ta’ dawk kollha li jservu fit-tinda tal-laqgħa, li għaddew Mosè u Aron skont ma qalilhom il-Mulej.

42U l-għadd tagħhom, ta’ Merari, skont il-familji tagħhom u djar missirijiethom,

43dawk kollha minn tletin sena ’l fuq sal-ħamsin, tajbin għall-gwerra, biex jagħmlu xi servizz fit-tinda tal-laqgħa,

44l-għadd tagħhom skont il-familji tagħhom kien tlett elef u mitejn ruħ.

45Dan hu l-għadd ta’ wlied Merari, li għaddew Mosè u Aron skont ma kien qalilhom il-Mulej permezz ta’ Mosè.

46L-għadd kollu tal-Leviti li għaddew Mosè u Aron u l-prinċpijiet ta’ Iżrael, tal-Leviti skont il-familji tagħhom u djar missirijiethom,

47minn tletin sena ’l fuq sal-ħamsin, tajbin għall-gwerra, ta’ dawk kollha li kellhom jersqu għax-xogħol tas-servizz jew għax-xogħol tal-ġarr tat-tinda tal-laqgħa,

48l-għadd kien ilaħħaq tmint elef ħames mija u tmenin ruħ.

49Ingħaddu minn Mosè skont ma kien ordna l-Mulej, wieħed wieħed skont is-servizz u t-tagħbija tiegħu; ingħaddu minnu skont ma kien ordnalu l-Mulej.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help