1Hemm gwaj ieħor li rajt taħt ix-xemx u dan jifni ħafna lill-bniedem.
2Lil wieħed Alla tah għana, ġid u unuri, hekk li xejn ma jonqsu minn dak li tixtieq qalbu; u mbagħad ma jħallihx igawdih hu, iżda ieħor barrani jgawdih. Dan ukoll frugħa u gwaj tassew kiefer.
3Li kellu bniedem inissel mitt tifel u jgħix għal bosta snin u jtawwal għomru, jekk qalbu ma timteliex b’dan il-ġid u ma jkollux qabar fejn jindifen, jien ngħid: “Aħjar minnu frott il-ġuf li twieled mejjet;.
11Aktar ma jkun hemm kliem,
akbar tkun il-frugħa;
imbagħad x’se jieħu l-bniedem minn dan kollu?
12Min jaf x’inhu tajjeb għall-bniedem f’ħajtu, tul il-ġranet magħduda tal-ħajja fiergħa tiegħu li hu jqatta’ bħal dell? Min jista’ jurih lill-bniedem x’għad isir warajh taħt ix-xemx?
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.