1Fl-ewwel sena ta’ Dariju bin Assweru, min-nisel tal-Medi, li kien is-sultan tas-saltna tal-Kaldin,.Il-profezija tas-sebgħin ġimgħa
20Kont għadni nitkellem, u nitlob, u nistqarr dnubi u dnub il-poplu tiegħi Iżrael; kont għadni rressaq is-supplika tiegħi quddiem il-Mulej Alla tiegħi għall-muntanja qaddisa ta’ Alla tiegħi;
21kont għadni nitkellem u nitlob, meta r-raġel Gabrijel, li rajt fid-dehra ta’ qabel, ittajjar bil-ħeffa u resaq lejja u messni f’ħin is-sagrifiċċju ta’ filgħaxija.
24Hu maqtugħ li sebgħin ġimgħa oħra
għad baqagħlu l-poplu tiegħek u l-belt qaddisa tiegħek
biex jintemm id-dnub,
tispiċċa l-ħtija,
u jitħallas il-ħażen,
biex imbagħad tiġi l-ġustizzja ta’ dejjem,
u jitqiegħed is-siġill fuq id-dehra u l-profeta,
u jkun ikkonsagrat il-Post il-Qaddis.
25Kun af u ifhem,
li minn meta ħarġet il-kelma
biex jerġgħu jiġu u jibnu lil Ġerusalemm
sa ma jasal wieħed ikkonsagrat bħala prinċep,
għad iridu jgħaddu seba’ ġimgħat.
U fi tnejn u sittin ġimgħa
terġa’ tinbena għal darb’oħra,
bil-pjazez u l-fossijiet tagħha;
imma dan jiġri fi żmien ta’ diqa.
26U wara t-tnejn u sittin ġimgħa,
wieħed ikkonsagrat jinqatel
għad li ma jkollux ħtija.
Il-poplu ta’ prinċep li għandu jiġi
għad iġarraf il-belt u s-santwarju;
tmiemu jsir b’għargħar ta’ ilma,
u jkun hemm gwerra sal-aħħar u ħerba,
kif ġie maqtugħ li jsir.
27Hu jidħol f’patt sħiħ ma’ ħafna
għal tul ta’ ġimgħa waħda,
u għal nofs ġimgħa jneħħi s-sagrifiċċju u l-offerta;
il-profanazzjoni u l-ħerba jaslu fil-quċċata tagħhom,
sa ma jseħħ kulma hu deċiż
u tissawwab il-korla fuq il-qerried.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.