ĠOEL 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Il-Mulej isawwab l-Ispirtu tiegħu

1“Wara dan, jiġri

li jiena nsawwab l-Ispirtu tiegħi fuq il-ħlejjaq kollha.

Uliedkom iħabbru, subien u bniet,

ix-xjuħ tagħkom ikollhom ħolm,

iż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet.

2U mqar fuq il-qaddejja, irġiel u nisa,

insawwab l-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem.

3Fis-sema u l-art nuri sinjali,

demm u nar u kolonni ta’ duħħan!

4Ix-xemx tinbidel fi dlam,

u l-qamar f’demm,

qabel ma jasal Jum il-Mulej,

kbir u tal-biża’!

5U kull min isejjaħ isem il-Mulej jinħeles,

għax fuq il-muntanja Sijon ikun hemm is-salvazzjoni,

kif qal il-Mulej,

u f’Ġerusalemm jibqgħu xi wħud li l-Mulej isejjaħ.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help