1Dawn huma l-kapijiet ta’ djar missirijiethom, skont l-arblu tar-razza tagħhom, li telgħu miegħi minn Babilonja meta kien qiegħed jaħkem is-sultan Artasersi.
2Minn ulied Fineħas kien hemm Gersum; minn ulied Itamar, Danjel; minn ulied David, Ħattus;
3minn ulied Sekanija …; minn ulied Pargħos, Żakkarija li miegħu kien hemm irreġistrati mija u ħamsin raġel;
4minn ulied Paħat-mowab, Eljeħugħenaj bin Żeraħija, u miegħu mitejn raġel;
5minn ulied Żattu, Sekanija bin Ġaħsijel, u miegħu tliet mitt raġel;
6minn ulied Għadin, Għebed bin Ġonatan, u miegħu ħamsin raġel;
7minn ulied Għelam, Isagħija bin Għatalija, u miegħu sebgħin raġel;
8minn ulied Sefatija, Żebadija bin Mikiel, u miegħu tmenin raġel;
9minn ulied Ġowab, Għobadija bin Ġeħijel, u miegħu mitejn u tmintax-il raġel;
10minn ulied Bani, Selomit bin Ġosifija, u miegħu mija u sittin raġel;
11minn ulied Bebaj, Żakkarija bin Bebaj, u miegħu tmienja u għoxrin raġel;
12minn ulied Għażgad, Ġoħanan bin Ħakkatan, u miegħu mija u għaxart irġiel;
13minn ulied Adonikam, li kienu tal-aħħar, li kien jisimhom Elifelet, Ġegħijel, u Semajja, u magħhom sittin raġel;
14minn ulied Bigwaj, Għutaj bin Żakkur, u magħhom sebgħin raġel.
15Ġbarthom ħdejn ix-xmara li tmur lejn Aħawa, u għaddejna tlitt ijiem hemmhekk taħt it-tined. U ħarist lejn il-poplu u l-qassisin, iżda fosthom Leviti ma sibtx.
16Għalhekk bgħatt għal Eligħeżer, Arjel, Semajja, Elnatan, Ġarib, Elnatan, Natan, Żakkarija, u Mesullam, kapijiet għaqlin.
17U bgħatthom għand Iddu, kap tal-inħawi ta’ Kasifija, u għedtilhom x’għandhom jgħidu lil Iddu u lil ħutu, l-ilsiera tat-tempju li kienu joqogħdu fl-inħawi ta’ Kasifija u biex iġibulna ministri għat-tempju ta’ Alla tagħna.
18U għax Alla kien tajjeb magħna, ġabulna wieħed jinqala’ minn ulied Naħli bin Levi, bin Iżrael, jismu Serebija; dan ġie flimkien ma’ wliedu u ħutu, b’kollox tmintax-il ruħ.
19Magħhom ġabulna wkoll minn ulied Merari, lil Ħasabija u ’l ħuh Isagħija u ’l uliedhom, b’kollox għoxrin ruħ.
20Mill-ilsiera tat-tempju, li David kien ħatar biex jaqdu lil-Leviti, ġabulna mitejn u għoxrin ilsir. Dawn kollha ġew irreġistrati b’isimhom.
21Hemm, imbagħad, ħdejn ix-xmara Aħawa, jien għamilt sejħa lil kulħadd biex isum, ħa numiljaw ruħna quddiem Alla u nitolbuh jagħtina vjaġġ tajjeb, lilna, lil uliedna u ’l-ġid tagħna.
22Għax jien kont stħajt nitlob lis-sultan jagħtina eżerċtu u kavallerija biex iħarsuna mill-għedewwa matul it-triq. Aħna konna għedna lis-sultan: “Alla tagħna hu ħanin ma’ kull min idur lejh, imma hu qalil fl-għadab tiegħu ma’ kull min jitilqu.”, u dawn għenu lill-poplu u lit-tempju ta’ Alla.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.