2 MAKKABIN 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Ġuda jaħbat għal Ġaffa u postijiet oħra

1Wara li saru dawn il-pattijiet Lisja mar għand is-sultan, u l-Lhud marru jaħdmu r-raba’

2Imma minn fost il-gvernaturi ta’ dawk l-inħawi, Timotju u Apollonju bin Gennew, u wkoll Ġilormu u Demofon, u magħhom Nikanor, iċ-Ċiprijott, ma ħallewhomx jgħixu bi kwiethom u fis-sliem.

3In-nies ta’ Ġaffa mbagħad għamlu delitt faħxi. Stiednu l-Lhud kollha li kienu jgħammru f’nofshom biex jitilgħu bin-nisa u t-tfal fuq id-dgħajjes li kienu ħejjewlhom, bħallikieku ma kellhom ebda ħsieb ħażin kontrihom,

4skont deċiżjoni tal-ġemgħa tal-belt. Il-Lhud, billi riedu jgħixu fis-sliem magħhom u ma kellhom ebda suspett, laqgħu l-istedina, imma meta ħarġuhom ’il barra, għarrquhom. Kienu mhux anqas minn mitejn ruħ.

5Ġuda malli sar jaf b’din il-kefrija man-nies ta’ ġensu ta l-ordnijiet lin-nies ta’ madwaru

6u sejjaħ lil Alla, l-imħallef ġust, imbagħad telaq għall-assassini ta’ ħutu, ta n-nar billejl lill-port, ħaraq id-dgħajjes, u għadda minn xifer ix-xabla lil dawk li marru jistkennu fihom. ’l bogħod.

10Malli tbiegħdu xi disa’ stadji minn hemm u kienu sejrin għal Timotju, qabżu fuqhom mhux anqas minn ħamest elef suldat u ħames mitt kavallier Għarbi., u hemm qatel ħamsa u għoxrin elf ruħ., belt ’il bogħod minn Ġerusalemm xi sitt mitt stadju.

32Wara l-festa ta’ Għid il-Ħamsin il-Lhud ħarġu għal Gorġja, il-gvernatur tal-Idumija,.Lev 4,2-35.

44Li kieku ma kienx jemmen li l-mejtin jerġgħu jqumu, kienet tkun bluha u ħaġa żejda titlob għall-mejtin.

45Iżda billi hu ġieb quddiem għajnejh il-ġmiel tal-ħlas li hemm lest għal dawk li jorqdu r-raqda tal-mewt fil-ħbiberija ma’ Alla, il-ħsieb tiegħu kien qaddis u twajjeb. Għalhekk offra sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, biex il-mejtin jinħelsu minn dnubhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help