1[1] Dak il-lejl is-sultan ma setax jorqod; għalhekk ordna li jġibulu l-ktieb tal-annali, u qagħdu jaqrawhomlu quddiemu.
2[2] U sabu miktub kif Mordekaj kien kixef lil Bigtan u Teres, iż-żewġ uffiċjali tas-sultan u għassiesa tal-bieb, li kienu riedu jmiddu idejhom fuq is-sultan Assweru.
4[4] U staqsiehom: “Min hemm fil-bitħa?” Dak il-ħin daħal Ħaman fil-bitħa ta’ barra tal-palazz tas-sultan, biex ikellmu ħalli jgħallaq lil Mordekaj mal-forka li kien ħejjielu.
10[10] U s-sultan wieġeb lil Ħaman: “Isa, mela ħu malajr il-libsa u ż-żiemel kif għedt u agħmel hekk lil Mordekaj il-Lhudi li soltu joqgħod fil-bieb tal-palazz. Qis li ma tħalli xejn milli għedt.Est 2,21; 3,2-3; 5,9-13.
11[11] U Ħaman ħa l-libsa u ż-żiemel, u libbes lil Mordekaj, u rikkbu, u għaddieh mill-pjazza tal-belt, u beda jgħajjat quddiemu: “Hekk jagħmlulu lill-bniedem li s-sultan ikun irid jonorah.”
12[12] U Mordekaj raġa’ lura lejn il-bieb tal-palazz u Ħaman mar jiġri lejn id-dar b’qalbu sewda u rasu mgħottija.Est 2,21; 3,2-3; 5,9-13.
13[13] U qal kulma ġralu lil Żeres, martu, u lil ħbiebu kollha. U l-għorrief tiegħu u martu Żeres qalulu: “Jekk Mordekaj, li int bdejt iċċedi quddiemu, hu ta’ nisel Lhudi, int ma tista’ tagħmel xejn miegħu; ibqa’ żgur li għad titlef.”
14[14] Huma u jkellmuh waslu l-uffiċjali tas-sultan, u ħaduh malajr għall-pranzu li ħejjiet Ester.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.