1“Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.
2Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla.Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu
“Dan ma għedthulkomx mill-bidu, għaliex kont għadni magħkom.
5Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.
12“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.
13Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni.In-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena
16“Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.”Jiena rbaħt id-dinja
25“Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.