DEWTERONOMJU 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17Min jadura allat foloz

1“Toffrix b’sagrifiċċju lill-Mulej, Alla tiegħek, barri jew mogħża, li jkun fiha xi difett jew xi ħsara, għax dan jistkerrhu l-Mulej.

2“Jekk jitfaċċa xi ħadd f’nofsok, f’xi waħda minn blietek, li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik, raġel jew mara, li jagħmel xi ħaġa ma togħġobx lill-Mulej, Alla tiegħek, u jikser il-patt tiegħu,

8“Jekk il-kawża tkun tqila għalik biex tiddeċiedi bejn qtil u qtil, bejn dritt u dritt, bejn drib u drib, qum u itla’ fil-post li jagħżel il-Mulej, Alla tiegħek, biex iqiegħed ismu fih, u anqas m’għandu jieħu l-poplu lura fl-Eġittu biex iżid iż-żwiemel, għax il-Mulej qalilkom: ‘La taqbdux iżjed din it-triq.Dt 28,68; 1 Slat 10,26; 10,26.’

17Anqas ma għandu jkollu ħafna nisa, li ma ddurx qalbu; u lanqas ħafna fidda u deheb.1 Slat 11,3-4; Neħ 13,26.

18Meta joqgħod fuq it-tron ta’ saltnatu, jikteb mill-ġdid din il-liġi fi ktieb minn fuq dik li hemm għand il-qassisin Leviti.Dt 31,9.

19U jżommha dejjem għandu u jaqraha l-jiem kollha ta’ ħajtu, biex jitgħallem jibża’ mill-Mulej, Alla tiegħu, u jħares il-kliem kollu ta’ din il-liġi u dawn l-istatuti, biex iħarishom;

20u ma jintrefax f’qalbu ’l fuq minn ħutu, u ma jilwix mill-kmandamenti lejn il-lemin jew lejn ix-xellug; biex idum għal żmien twil fuq saltnatu, hu u wliedu, f’nofs Iżrael.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help