1 MAKKABIN 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Demetriju I Soter, sultan tal-Asja (162-150 QK)

1Fis-sena 151 Demetriju bin Selewku, telaq minn Ruma u żbarka bi ftit irġiel f’belt f’xatt il-baħar, u hemm ipproklama ruħu sultan.

2Ġara li malli daħal fil-palazz irjali ta’ missirijietu, is-suldati qabdu lil Antijoku u ’l Lisja biex iressquhom quddiemu.

3Imma malli sar jaf b’dan qalilhom: “Tħallunix nara ’l wiċċhom.”

4U s-suldati qatluhom, u Demetriju qagħad fuq it-tron tas-saltna tiegħu.

Spedizzjoni ta’ Bakkidi fil-Lhudija (161QK)

5U marru għandu r-rinnegati u l-midgħajja minn fost Iżrael, immexxija minn Alċimu, li kien jixtieq il-post ta’ qassis il-kbir.

6Dawn xlew lill-poplu quddiem is-sultan u qalulu: “Ġuda u ħutu qerdu ’l ħbiebek kollha, u lilna xerrduna ’l bogħod minn artna.

7Issa, mela, ibgħat bniedem ta’ fiduċja; biex jiġi u jara l-ħsara kollha li għamel lilna u lil art is-sultan, u jikkastiga lilhom u ’l dawk li għenuhom.”

8Is-sultan għażel lil Bakkidi, wieħed mill-ħbieb tas-sultan, kmandant tal-art ’l hemm mix-Xmara, bniedem kbir fis-saltna, leali lejn is-sultan.

xerrduhom madwar Ġerusalemm,

u ma kien hemm ħadd biex jidfinhom.”

18U waqa’ biża’ kbir u twerwir fuq il-poplu kollu, għax bdew jgħidu: “M’hemmx sewwa u ġustizzja fihom, la darba kisru l-ftehim u l-ħalfa li ħalfu.”

19Bakkidi, imbagħad, tbiegħed minn Ġerusalemm u waqqaf il-kamp f’Bet-żajt u bagħat jarresta ħafna minn dawk li kienu marru miegħu u xi wħud mill-poplu, qatilhom u xeħithom f’ġiebja kbira.

20U ħalla l-pajjiż f’idejn Alċimu, u ħallielu eżerċtu biex jgħinuh. Bakkidi mbagħad telaq għal għand is-sultan.

21Alċimu beda jitħabat biex iżomm il-pożizzjoni tiegħu ta’ qassis il-kbir,

22u ngħaqdu miegħu dawk li xewxu l-poplu tagħhom; qabdu taħt idejhom l-art ta’ Ġuda, u għamlu ħsara kbira f’Iżrael.

23Meta Ġuda ra li l-ħsara, li kienu qegħdin jagħmlu Alċimu u sħabu lil ulied Iżrael, kienet akbar minn dik li kienu għamlu l-Ġentili,

24ħareġ idur mal-art kollha tal-Lhudija u tħallas min-nies li kienu telquh, u għalhekk ma ssugrawx jiġġerrew aktar fil-kampanja.

25Meta Alċimu ra li Ġuda u sħabu kienu minn fuq u fehem li ma setax ilaħħaq magħhom, raġa’ mar għand is-sultan u xliehom b’delitti kbar.

L-ispedizzjoni ta’ Nikanor

26Is-sultan bagħat lil Nikanor, wieħed mill-aktar ġenerali magħrufa tiegħu, u għadu kollu mibegħda għal Iżrael, u ordnalu li jeqred il-poplu. mar Ġerusalemm b’eżerċtu kbir u bagħat jinganna lil Ġuda u ’l ħutu b’messaġġ ta’ ħbieb u qallu:

28“Ma jkunx hemm ġlied bejni u bejnkom. Jien ġejt bi ftit nies biex nara ’l wiċċkom ta’ ħbieb.”

29U ġie għand Ġuda, u sellmu lil xulxin ta’ ħbieb, waqt li l-għedewwa kienu lesti jaħtfu lil Ġuda.

30Imma malli Ġuda ntebaħ li ġie biex jingannah, Ġuda warrab minnu mbażża’ u ma riedx jara ’l wiċċu iżjed..

32U waqgħu mejta min-naħa ta’ Nikanor ħames mitt raġel, u l-bqija ħarbu lejn il-belt ta’ David.

33Wara dawn il-ġrajja Nikanor mar fuq l-għolja ta’ Sijon. Xi wħud mill-qassisin ħarġu mis-santwarju flimkien ma’ xi wħud mill-anzjani tal-poplu jsellmulu ta’ ħbieb u wrewh is-sagrifiċċju li kienu qed joffru għas-sultan., bi tlitt elef raġel; u Ġuda beda jitlob u jgħid:

41“Meta l-messaġġiera tas-sultan dgħaw, ħareġ l-anġlu tiegħek u darab minnhom mija u ħamsa u tmenin elf..

50U għal ftit taż-żmien kien hemm il-mistrieħ fl-art ta’ Ġuda.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help