1 SLATEN Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb tas-Slaten kien oriġinarjament ktieb wieħed maqsum fi tnejn għaliex kien twil wisq biex joqgħod f’parċmina waħda. L-Ewwel u t-Tieni Ktieb tas-Slaten ikomplu jirrakkontawlna l-istorja ta’ Iżrael.L-ewwel ktieb insibu fih tliet taqsimiet li l-protagonisti tagħhom huma s-slaten minn Salamun, bin David, sa Aħażija. Hekk naraw fl-ewwel taqsima (kap 1 u 2) kif Salamun ħa s-Saltna wara l-mewt ta’ missieru li f’dan il-ktieb naqraw dwar l-aħħar snin ta’ ħajtu. Kapitli 3 sa 11 jirrakkontawlna x’għamel Salamun matul ir-renju tiegħu, kemm kien għani u għaref, u kif bena u ddedika t-tempju ta’ Ġerusalemm. L-aħħar taqsima tiddeskrivi kif is-saltna nqasmet fi tnejn wara l-mewt ta’ Salamun u tinkludi avvenimenti fil-ħajja tas-slaten taż-żewġ saltniet.Kull sultan li dwaru jitkellem dan il-ktieb jiġi ġġudikat skont kif kien ġieb ruħu ma’ Alla. Is-slaten kollha ta’ Iżrael m’obdewx il-Liġi ta’ Alla u jitqiesu bħala ħżiena. Min-naħa l-oħra, il-biċċa l-kbira tas-slaten ta’ Ġuda żammew il-fedeltà tagħhom lejn Alla ta’ missirijiethom, u għalhekk insibuhom imfaħħra bħala nies tajbin.F’dan il-ktieb insibu wkoll il-ġrajja magħrufa tal-Profeta Elija fl-isfida li għamel lill-profeti ta’ Bagħal biex juri min hu Alla veru.Elija resaq lejn il-poplu kollu, u qalilhom: “Kemm se ddumu titlajjaw minn naħa għal oħra? Jekk il-Mulej hu Alla, morru warajh … Intom sejħu l-alla tagħkom, u jiena nsejjaħ isem il-Mulej. Dak l-alla li jwieġeb permezz tan-nar, dan ikun hu Alla.” (18,21; 24).It-taqsim tal-ktiebIt-tmiem tar-renju ta’ David (1,1—2,12)Salamun isir sultan (2,13-46)It-tmexxija ta’ Salamun (3,1—11,43)L-ewwel snin (3,1—4,34)Il-bini tat-Tempju (5,1—8,66)Is-snin ta’ wara (9,1—11,43)Is-saltna tinqasam (12,1—22,53)L-irvell mit-tribujiet tat-Tramuntana (12,1—14,20)Is-slaten ta’ Ġuda u ta’ Iżrael (14,12—16,34)Il-Profeta Elija (17,1—19,21)Is-Sultan Aħab ta’ Iżrael (20,1—22,40)Ġosafat, sultan ta’ Ġuda u Aħażija, sultan ta’ Iżrael (22,41-53)