1Fis-sena tmintax tas-sultan Ġerobogħam bin Nebat, beda jsaltan Abijam fuq Ġuda.
3U għamel id-dnubiet kollha li kien għamel missieru qablu: qalbu ma kinitx sħiħa mal-Mulej, Alla tiegħu, bħalma kienet qalb David missieru.
4Madankollu, il-Mulej, Alla tiegħu, ħallielu minħabba David xrara f’Ġerusalemm billi qajjimlu lil ibnu warajh, u żamm wieqfa Ġerusalemm.Nadab, sultan ta’ Iżrael
25Nadab bin Ġerobogħam laħaq sultan fuq Iżrael fit-tieni sena ta’ Asa, sultan ta’ Ġuda; u saltan fuq Iżrael għal sentejn.
26U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, u mexa fit-triq ta’ missieru; u għamel id-dnubiet tiegħu, li fihom kien waqqa’ lil Iżrael.
27Bagħsa bin Aħija, mit-tribù ta’ Issakar, għamel konfoffa kontrih; u Bagħsa qatlu f’Gibbeton, belt tal-Filistin, meta Nadab u l-Iżraelin kollha kienu dawru lil Gibbeton.
28Bagħsa qatlu fit-tielet sena ta’ Asa, sultan ta’ Ġuda, u sar sultan floku.
29Malli beda jsaltan qered id-dar kollha ta’ Ġerobogħam; ma kienx hemm ruħ ħajja mid-dar ta’ Ġerobogħam li ma qeridhiex skont il-kelma tal-Mulej, li kien tkellem il-Mulej permezz tal-qaddej tiegħu Aħija, is-Siloni,2 Slat 14,10; 21,22.
30minħabba d-dnubiet ta’ Ġerobogħam, li dineb hu u ġagħal lil Iżrael jidinbu, u b’hekk għaddab il-Mulej, Alla ta’ Iżrael.
31Il-bqija tal-ġrajja ta’ Nadab u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
32U kien hemm il-gwerra bejn Asa u bejn Bagħsa, sultan ta’ Iżrael, għomorhom kollu.
Bagħsa, sultan ta’ Iżrael33Fit-tielet sena ta’ Asa, sultan ta’ Ġuda, beda jsaltan Bagħsa bin Aħija, fuq Iżrael kollu, f’Tirsa; u dam isaltan għal erbgħa u għoxrin sena.
34Għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, u qabad it-triq ta’ Ġerobogħam, u waqa’ fi dnubietu, u ġagħal lil Iżrael jidneb.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.