LUQA 13 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 13Jekk ma tindmux, tintilfu

1Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom.Is-siġra tat-tin bla frott

6U qalilhom din il-parabbola: “Wieħed kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha, u ma sabx..

12Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.”

13U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla.

14Qabeż il-kap tas-sinagoga, b’saħna fuqu għax Ġesù fejjaq f’jum is-Sibt, u qal lin-nies: “Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; mela fihom ejjew biex titfejqu, u mhux is-Sibt!”

20U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla?

21Tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sakemm għoliet l-għaġna kollha.”

Il-bieb id-dejjaq(Mt 7,13-14.21-23)

22Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula.

23U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom:

24“Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.Ġesù jitħassar lil Ġerusalemm(Mt 23,37-39; Lq 19,41-44)

31Dak il-ħin stess resqu fuqu xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.”

32U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi.

33Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm.

34Ġerusalemm! Ġerusalemm! Int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera li jibgħatlek Alla; kemm ridt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!

35Ara, darkom għad iħalluhielkom ħerba! U ngħidilkom, li m’intomx se terġgħu tarawni sa dakinhar li tgħidu, ‘Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!’ ”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help