1Meta temmew jagħmlu dan kollu, resqu fuqi l-mexxejja u qaluli: “Il-poplu ta’ Iżrael, il-qassisin, u l-Leviti, mhumiex maqtugħin min-nies ta’ artijiet barranin bil-ħwejjeġ moqżieża tagħhom; mhumiex maqtugħin mill-Kangħanin, mill-Ħittin, mill-Periżżin, mill-Ġebusin, mill-Għammonin, mill-Mowabin, mill-Eġizzjani, u mill-Amurrin.
13Wara dak kollu li għadda minn fuqna minħabba fl-għemejjel ħżiena tagħna u fi dnubietna kbar - għalkemm int, Alla tagħna, ikkunsidrajt ħtijietna inqas milli tabilħaqq kienu u ħallejtilna dan il-fdal -
14u se nerġgħu forsi niksru l-kmandamenti tiegħek u nitħalltu biż-żwieġ mal-ġnus li jagħmlu ħwejjeġ moqżieża? Ma jkunx forsi l-għadab tiegħek għalina hekk kbir li teqridna, u ma jeħlisha ħadd u ma jibqa’ l-ebda fdal?
15Mulej, Alla ta’ Iżrael, int ġust, għax fadal aħna li ħlisnieha llum. Ara, aħna nistqarru dnubietna quddiemek, għax minħabba fihom ħadd ma jibqa’ wieqaf quddiemek.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.