LUQA 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8In-nisa twajba li marru wara Ġesù

1Wara dan huwa qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jippriedka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax minn ġidhom.

Il-parabbola taż-żerriegħ

4Inġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola:

5“Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar tal-ajru naqqruhom kollha.

6Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx.

7Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.

8Oħrajn waqgħu f’art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija.” Kif qal dan, rafa’ leħnu u qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”L-iskop tal-parabboli(Mt 13,10-17; Mk 4,10-12)

9Id-dixxipli tiegħu staqsewh x’kienet dik il-parabbola.

10U hu qalilhom: “Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta’ Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli,

biex iħarsu u ma jarawx,

u jisimgħu u ma jifhmux. Ġesù jfisser il-parabbola taż-żerriegħ(Mt 13,18-23; Mk 4,13-20)

11“Il-parabbola, mela, hija din; iż-żerriegħa hi l-kelma ta’ Alla.Omm Ġesù u ħutu(Mt 12,46-50; Mk 3,31-35)

19Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.

20Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.”

21Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

Ġesù jsikket it-tempesta(Mt 8,18.23-27; Mk 4,35-41)

22Darba fost l-oħrajn tela’ fuq id-dgħajsa mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor tal-għadira.” U qadfu ’l barra.

23Huma u sejrin, marret għajnu bih. U qam riefnu kbir fuq l-għadira, id-dgħajsa bdiet timtela bl-ilma, u sabu ruħhom f’qagħda mwiegħra.

24Għalhekk resqu lejh, qajmuh u qalulu: “Mgħallem, Mgħallem, se nintilfu!” Hu qam, ordna lir-riħ u lill-mewġ imqalleb, u dawn siktu u waqgħet il-kalma.

25U qal lid-dixxipli: “Fejn hi l-fidi tagħkom?” Qabadhom il-biża’, u mistagħġba bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, biex jordna saħansitra lill-irjieħ u lill-baħar u huma jisimgħu minnu!”

Fejqan ta’ raġel bi spirtu mniġġes(Mt 8,28-34; Mk 5,1-20)

26Waslu x-xatt u niżlu fl-art tal-Gerasin li tiġi biswit il-Galilija.

27Huwa u nieżel l-art, resaq raġel minn dik il-belt, maħkum mix-xitan. Kien ilu żmien twil ma jxidd libsa fuqu, u ma kienx joqgħod id-dar, imma qalb l-oqbra.

28Kif lemaħ lil Ġesù qabad jgħajjat, inxteħet quddiemu u b’leħen qawwi qallu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù, Bin Alla l-Għoli? Nitolbok, taħqarnix!”.

32Mela kien hemm merħla kbira ta’ ħnieżer jirgħu fuq l-għolja, u l-ispirti talbuh biex iħallihom jidħlu fihom; u hu ħalliehom.

33U x-xjaten ħarġu minn dak il-bniedem u daħlu fil-ħnieżer. U l-merħla nxteħtet għal ġol-għadira mill-għoli tax-xaqliba u għerqet.

34Ir-rgħajja, meta raw x’ġara, ħarbu u marru jxerrdu l-aħbar mal-belt u l-irziezet.

35In-nies ħarġu jaraw x’ġara u marru ħdejn Ġesù, u lil dak ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten sabuh bilqiegħda f’riġlejn Ġesù, liebes u moħħu f’sikktu; u qabadhom il-biża’.

36In-nies li raw x’ġara qalulhom kif Ġesù fejjaq lil dak li kien maħkum mix-xitan.

37Imbagħad in-nies kollha tal-inħawi ta’ Gerasa bdew jitolbu lil Ġesù biex iwarrab minn ħdejhom, għax biża’ kbir kien waqa’ fuqhom. U hu tela’ fuq id-dgħajsa u reġa’ lura.

38Ir-raġel li minnu kienu ħarġu x-xjaten talbu biex jibqa’ miegħu, iżda hu bagħtu u qallu:

39“Erġa’ lura lejn id-dar u għarraf kulma għamel Alla miegħek.” Dak telaq u xandar mal-belt kollha kulma kien għamel miegħu Ġesù.

Bint Ġajru mqajma mill-mewt u l-mara mfejqa(Mt 9,18-26; Mk 5,21-43)

40Meta raġa’ lura Ġesù, il-kotra laqgħetu, għax kulħadd kien qiegħed jistennieh.

41U ġie wieħed, jismu Ġajru, li kien kap tas-sinagoga, inxteħet f’riġlejn Ġesù u talbu jasal wasla sa għandu,

42għax kienet qiegħda tmutlu bintu, tifla ta’ xi tnax-il sena, li ma kellux ħliefha.

Huwa u sejjer in-nies bdew irossu fuqu. u ħadd minnhom ma kellu ħila jfejjaqha;

44resqet lejn Ġesù minn warajh u messitlu t-tarf tal-libsa, u minnufih it-tnixxija tad-demm waqfitilha.

45U Ġesù qal: “Min messni?” Kulħadd ċaħad li kien messu, u Pietru qallu: “Mgħallem, in-nies qegħdin jagħfsu fuqek u jrossu madwarek.”

46Imma Ġesù qal: “Xi ħadd messni, għax ħassejt li xi qawwa ħarġet minni.”

47Il-mara, meta rat li ma setgħetx tinħeba, resqet b’rogħda fuqha, inxteħtet quddiemu, u stqarritlu quddiem kulħadd l-għala kienet messitu u kif fieqet minnufih.

48U hu qalilha: “Binti, il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliema.”

49Kif kien għadu jitkellem, wasal wieħed mid-dar tal-kap tas-sinagoga u qallu: “Bintek mietet; tħabbtux iżjed lill-Imgħallem.”

50Iżda Ġesù, meta sama’ dan, qal lill-kap: “Tibżax, biss inti emmen, u hi tfiq.”

51Wasal id-dar, u ma ħalla lil ħadd jidħol miegħu ħlief lil Pietru u ’l Ġwanni u ’l Ġakbu, u lil missier it-tifla u ’l ommha.

52Kulħadd kien qiegħed jibkiha u jħabbat fuq sidru minħabba fiha. U hu qalilhom: “Tibkux, għax m’hijiex mejta, imma rieqda”.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help