2 ĠWANNI Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn l-ittraĠwanni jindirizza t-tieni ittra tiegħu lis- “Sinjura Magħżula u lil uliedha”. Ħafna jgħidu li s-Sinjura hi l-Knisja, u wliedha huma l-insara membri.Il-messaġġ ta’ din l-ittra hu importanti ħafna għax jinbena fuq il-Kmandament il-Ġdid li Ġesù nnifsu silet mil-Liġi tat-Testment il-Qadim. Il-Kmandamenti mogħtija minn Alla fuq il-Muntanja Sinaj, jinġabru fl-imħabba lejn Alla u fl-imħabba tal-bnedmin bejniethom.L-insara huma msejħa li jibnu ħajjithom fuq dan il-prinċipju. L-imħabba u l-verità jintrabtu flimkien, anzi jiddependu minn xulxin.Għalhekk it-tagħlim qarrieq li kien qed jinxtered minn xi wħud, dwar li Ġesù mhux veru li kellu ġisem uman, kellu jiġi mwarrab. L-insara kellhom jorbtu biss fuq it-tagħlim li rċevew sa mill-bidu. Hekk il-Missier u l-Iben jgħixu fil-qalb tan-nisrani.Jekk xi ħadd jaqbeż ’il barra u ma jibqax fit-tagħlim ta’ Kristu, dan m’għandux lil Alla fih. Imma min jibqa’ fit-tagħlim, għandu l-Missier u l-Iben fih (9).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1-3)L-imħabba kollox (4-6)Twissija dwar tagħlim qarrieq (7-11)Konklużjoni (12-13)