NAĦUM 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Oraklu dwar Ġuda

1Ara, fuq il-muntanji

hemm ir-riġlejn

ta’ min iġib l-aħbarijiet it-tajba,

ta’ min is-sliem ixandar!

Agħmel bil-ferħ il-festi tiegħek, Ġuda,

u rodd wegħdietek,

għax ma jżidx jgħaddi minnek ix-xitan Beljal,

intemm għalkollox.

3Għax ġedded il-Mulej

id-dielja ta’ Ġakobb,

u d-dielja t’Iżrael,

li l-ħallelin żarmawhom

u ħassru l-friegħi tagħhom.Il-qerda ta’ Ninwè

2Tiela’ l-qerried għalik.

Mur agħmel l-għassa mal-fortizzi tiegħek,

żomm taħt għajnejk it-triq,

ħażżem ġenbejk,

saħħaħ u żid qawwietek.

4Mimlija ħmura t-tarka tal-qalbiena tiegħu,

liebsa s-suldati tiegħu l-iskarlatt,

l-azzar tal-karrijiet in-nar itajjar

huma u resqin għall-ħbit

Isulu ż-żwiemel tagħhom fuq riġlejhom,

5taqliba waħda l-karrijiet fit-toroq,

u ’l hawn u ’l hemm fil-pjazez jiġġerrew,

id-dehra tagħhom qisha torċi mqabbda,

iżiġġu donnhom beraq.

6L-aħjar suldati jiġu dlonk imsejħa,

sarbut jaħbat ma’ ieħor,

ilebbtu lejn is-sur,

il-post tal-kenn ġa mħejji.

7Infetħu bwieb ix-xmajjar,

imqalleb il-palazz taqliba waħda.

8Lil sidtu ’l barra joħorġuha,

u lsira jeżiljawha.

Jolfqu l-qaddejja tagħha

bħal tnehid il-ħamiem,

u jagħtu fuq sidirhom.

9Ninwè qisha għadira

bl-ilmijiet tagħha ħierġa maħrubin.

“Ieqfu! Ieqfu!”

U ħadd ma jerġa’ lura.

10“Aħtfu l-fidda! Aħtfu d-deheb!

Bla tarf huwa l-ġid tagħha,

minn kull tagħmir prezzjuż issibu fiha!”

11Ħerba, tiġrif u qerda!

Qlub mifnija u rkupptejn imriegħda,

tkexkix fil-ġenbejn kollha,

u wiċċ kulħadd musfar.Tehdid kontra l-iljun ta’ Assur

12Fejn huwa għar l-iljuni,

u fejn hi l-bejta ta’ frieħ l-iljuni,

fejn kien imur l-iljun,

u jdaħħal hemm iż-żgħar bla ħadd ma jnaffru?

13Hu kien iqatta’ bċejjeċ għaż-żgħar tiegħu,

kien jifga l-priża u jitma’ n-nisa tiegħu,

jimla l-ħofra bil-prejjeż,

l-għar tiegħu bil-biċċiet li kien iqatta’.

14Ara, jiena kontrik,

oraklu tal-Mulej tal-eżerċti,

il-karrijiet li għandek

duħħan għad nagħmilhomlok;

u frieħ l-iljuni tiegħek

ix-xabla għad tikolhomlok;

il-priża tiegħek

mill-art għad neqridhielek;

anqas qatt iżjed ma jinstama’ leħen

il-messaġġiera tiegħek!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help