1U ġara li waqa’ l-ġuħ fuq il-pajjiż - barra dak li kien hemm qabel fi żmien Abraham. U Iżakk mar għand Abimelek, sultan tal-Filistin f’Gerar.
27U Iżakk qalilhom: “Għalfejn ġejtu għandi? Intom bgħadtuni, u keċċejtuni ’l bogħod minnkom.”
28U huma qalulu: “Aħna rajna sewwa li l-Mulej miegħek, u għedna: “Ħa naħilfu lil xulxin, aħna u int, u nagħmlu patt miegħek
29li ma tagħmlilna ebda deni, bħalma aħna qatt ma missejniek u bħalma aħna dejjem għamilnielek il-ġid, u bgħatniek bis-sliem. Għax int issa mbierek mill-Mulej.”
30U hu għamlilhom ikla, u kielu u xorbu.
31U qamu kmieni filgħodu u ħalfu lil xulxin, u Iżakk qabbadhom it-triq u huma telqu minn ħdejh bis-sliem.
32Dak in-nhar stess ġew il-qaddejja ta’ Iżakk, u ħabbrulu fuq il-bir li kienu qegħdin iħaffru u qalulu: “Sibna l-ilma.”
33U semma l-bir Siba; għalhekk il-belt għadu jisimha Birsaba sal-lum.Iż-żwieġ ta’ Għesaw
34Meta Għesaw kellu erbgħin sena, ħa b’martu lil Ġuditta bint Beri l-Ħitti, u lil Baxemat bint Elon il-Ħitti.Ġen 24,3-4; 27,46; 28,1-2; 36,1-5.
35U dawn kienu ta’ mrar għal qalb Iżakk u Rebekka.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.