1Dawn huma l-postijiet fejn waqfu wlied Iżrael, li ħarġu mill-Eġittu, mqassmin qatgħa qatgħa, taħt it-tmexxija ta’ Mosè u Aron.
13U telqu minn Dofka, u waqfu Alus.
14U telqu minn Alus, u waqfu Refidim; u hawn ma kienx hawn ilma għall-poplu x’jixrob.
15U telqu minn Refidim, u waqfu fid-deżert tas-Sinaj.
16U telqu mid-deżert tas-Sinaj, u waqfu Kibrotħattawa.
17U telqu minn Kibrotħattawa, u waqfu Ħaserot.
18U telqu minn Ħaserot, u waqfu Ritma.
19U telqu minn Ritma, u waqfu Rimmon-pereż.
20U telqu minn Rimmon-pereż, u waqqfu l-kamp Libna.
21U telqu minn Libna, u waqfu Rissa.
22U telqu minn Rissa, u waqfu Keħelata.
23U telqu minn Keħelata, u waqfu ħdejn il-muntanja ta’ Sefer.
24U telqu minn ħdejn il-muntanja ta’ Sefer, u waqfu Ħarada.
25U telqu minn Ħarada, u waqfu Makelot.
26U telqu minn Makelot, u waqfu Taħat.
27U telqu minn Taħat, u waqfu Teraħ.
28U telqu minn Teraħ, u waqfu Mitka.
29U telqu minn Mitka, u waqfu Ħasmona.
30U telqu minn Ħasmona, u waqfu Moserot.
31U telqu minn Moserot, u waqfu Bene-ġagħkan.
32U telqu minn Bene-ġagħkan, u waqfu Ħor-ħaggidgad.
33U telqu minn Ħor-ħaggidgad, u waqfu Ġotbata.
34U telqu minn Ġotbata, u waqfu Għabrona.
35U telqu minn Għabrona, u waqfu Għesjon-geber.
36U telqu minn Għesjon-geber, u waqfu fid-deżert ta’ Sin, li hu Kades.
37U telqu minn Kades, u waqfu ħdejn il-muntanja tal-Ħor f’tarf l-art ta’ Edom.
38Aron il-qassis tala’ fuq il-muntanja tal-Ħor skont il-kelma tal-Mulej, u miet hemm, fl-erbgħin sena mill-ħruġ ta’ wlied Iżrael mill-Eġittu, fil-ħames xahar, fl-ewwel tax-xahar.
41Telqu minn ħdejn il-muntanja tal-Ħor, u waqfu Salmona.
42Telqu minn Salmona, u waqfu Punun.
43Telqu minn Punun, u waqfu Obot.
44Telqu minn Obot, u waqfu Għijje-għabarim fi truf Mowab.
45U telqu minn Għijjim, u waqfu Dibon-gad.
46U telqu minn Dibon-gad, u waqfu Għalmon-diblatajm.
47U telqu minn Għalmon-diblatajm u waqqfu l-kamp fuq il-muntanji ta’ Għabarim, biswit Nebu.
48Telqu mill-muntanji ta’ Għabarim, u waqfu fil-wita ta’ Mowab, ħdejn il-Ġordan biswit Ġeriko.
49U waqfu ħdejn il-Ġordan minn Betġesimot sa Abel-sittim, fil-wita ta’ Mowab.Il-qasma tal-art
50U l-Mulej kellem lil Mosè fil-wita ta’ Mowab, ħdejn il-Ġordan, biswit Ġeriko, u qallu:Lev 26; Dt 7,1-6; 12,2-3.
51“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Intom se taqsmu l-Ġordan għall-art ta’ Kangħan,
52u tkeċċu minn quddiemkom in-nies kollha li jgħammru hemm, u teqirdu l-idoli minquxa u x-xbihat imdewba kollha tagħhom, u tħottu s-santwarji kollha fuq l-għoljiet.Eż 23,24; 34,13; Num 26,54-56; 1 Sam 9,12.
53Intom tirtu l-art u tgħammru fiha, għax lilkom tajtkom l-art biex tirtuha.
54Tqassam l-art bix-xorti bejn il-familji; il-kbar ikollhom biċċa kbira, iż-żgħar biċċa żgħira, kull waħda tieħu l-art fejn tmissha x-xorti; ikollkom il-wirt tagħkom skont it-tribujiet ta’ missirijietkom.
55Jekk intom ma tkeċċux in-nies li jgħammru fl-art minn quddiemkom, dawk li intom tħallu minnhom ikunulkom bħal xewk f’għajnejkom u niggieża f’ġenbejkom, u jkunu l-għedewwa tagħkom fl-art li intom tgħammru fiha.
56U jiġri li dak li jien ħsibt nagħmel lilhom, nagħmlu lilkom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.