EŻEKJEL 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14Il-kundanna tal-idolatri

1U ġew għandi xi wħud mix-xjuħ ta’ Iżrael u qagħdu bilqiegħda quddiemi., il-Mulej, li nkun qarraqt b’dan il-profeta, u mmidd idi għal fuqu u neqirdu minn fost il-poplu tiegħi Iżrael., dawn biss isalvaw ħajjithom minħabba l-ġustizzja tagħhom, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

15“Jekk qatt nitlaq il-bhejjem selvaġġi f’xi pajjiż u jneżżgħuh min-nies, u jsir ħerba u ħadd ma jgħaddi minnu minħabba l-bhejjem,

16imqar jekk fih ikun hemm dawn it-tlieta min-nies, daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, dawn ma jsalvaw lil ħadd, la subien u la bniet; huma biss jeħilsu, u l-art issir ħerba.

17“Jekk ngħaddi x-xabla minn fuq dak il-pajjiż u ngħid: Ħa tgħaddi x-xabla minn fuq l-art u neqred minnha nies u bhejjem,

18imqar jekk fih ikun hemm dawn it-tlieta min-nies, daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, dawn ma jsalvaw lil ħadd, u la subien u la bniet, iżda huma biss jeħilsu.

19“Jekk nibgħat il-pesta fuq dak il-pajjiż u nserraħ is-saħna tiegħi fuqu bid-dmija biex neqred minnu nies u bhejjem,

20imqar jekk fih ikun hemm Noè, Danjel, u Ġob, daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, dawn ma jsalvaw lil ħadd, u la subien u la bniet; huma biss, minħabba l-ġustizzja tagħhom, jeħilsu ħajjithom.

21“Għax dan jgħid Sidi l-Mulej: U mqar jekk jien nibgħat fuq Ġerusalemm l-erba’ kastigi ħorox tiegħi, xabla, ġuħ, bhejjem selvaġġi, u pesta, biex jeqirdu minnha nies u bhejjem,Apk 6,8.

22ara, għad jibqa’ fiha xi fdal ta’ meħlusin, li joħorġu lis-subien u l-bniet tagħhom! Dawn għad jiġu għandkom, u meta taraw l-imġiba u l-għemejjel tagħhom, intom titfarrġu għall-ħsara li nkun ġibt fuq Ġerusalemm, għal kulma nkun ġibt fuqha.

23Huma jfarrġukom u meta taraw l-imġiba tagħhom u l-għemejjel tagħhom, tkunu tafu li dak li nkun għamilt ma nkunx għamiltulha għal xejn, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help