1“Int tagħmel l-artal biex taħraq l-inċens fuqu, tagħmlu tal-injam tal-gażżi,L-offerta għat-tabernaklu
11U l-Mulej qal lil Mosè:Eż 38,25-28.
12“Meta tiġi biex tgħodd lil ulied Iżrael, kull wieħed, malli tgħoddu, jagħti xi ħaġa lill-Mulej għall-fidwa tiegħu nnifsu, li ma jkun hemm ebda mard fostkom waqt l-għadd.Num 1,2-3; 26,2; 2 Sam 24.
13Kull min ikun magħdud iħallas dan: nofs xekel skont ix-xwiekel tas-santwarju - xekel ta’ għoxrin gera - u nofs xekel bħala offerta lill-Mulej.Mt 17,24-27.
14Kull wieħed li jgħaddi mal-magħdudin, minn għoxrin sena ’l fuq, iħallas it-taxxa tal-Mulej.
15Ħadd, la sinjur u anqas fqir, ma għandu jħallas aktar jew inqas minn nofs xekel għall-fidwa tiegħu nnifsu meta jagħmlu l-offerta tal-Mulej.1 Pt 1,18-19.
16Il-flus tal-fidwa li tiġbor mingħand il-poplu jmorru għall-ħtiġiet tat-tinda tal-laqgħa; hekk din l-offerta sservi biex tfakkar il-Mulej f’ulied Iżrael, għall-fidwa tagħkom infuskom.”
Il-ħawt tal-bronżEż 38,25.17Il-Mulej qal lil Mosè:Eż 38,8; 1 Slat 7,23-38.
18“Int tagħmel ukoll ħawt tal-bronż, bil-maqgħad tal-bronż, għall-ħasil. Tqiegħdu bejn it-tinda tal-laqgħa u l-artal, u timlieh bl-ilma.Eż 40,7.
19Fih Aron u wliedu jaħslu idejhom u riġlejhom.Eż 40,31-32.
20Kull meta jidħlu fit-tinda, jew kull meta jersqu jservu ħdejn l-artal u joffru s-sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej, huma għandhom jinħaslu bl-ilma, inkella jmutu.
21Jaħslu idejhom u riġlejhom, inkella jmutu; din hi liġi għal dejjem għalihom, għalih u għal nislu minn ġenerazzjoni għal oħra.”
Iż-żejt tal-konsagrazzjoni22Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:Eż 37,29; Lev 8,10-11.
23“Ħu mill-aħjar ħwawar; ħames mitt xekel ta’ mirra safja; daqs nofsha kannella tfuħ, jiġifieri, mitejn u ħamsin xekel; mitejn u ħamsin xekel oħra qasab tal-fwieħa;
24ħames mitt xekel kassja skont ix-xekel tas-santwarju; u ħinn żejt taż-żebbuġ.
25B’dawn kollha tagħmel iż-żejt għad-dlik imqaddes; fwieħa maħduma bis-sengħa ta’ fewwieħ; ikun żejt ikkonsagrat għall-unzjonijiet.
26Bih int tidlek it-tinda tal-laqgħa u l-arka tax-xhieda miktuba;Eż 40,9-11; Num 7,1.
27il-mejda u t-tagħmir kollu tagħha; l-imnara u l-bċejjeċ tagħha kollha; l-artal tal-inċens;
28u l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq bit-tagħmir kollu tiegħu; u l-ħawt u l-maqgħad tiegħu.
29Int tikkonsagrahom biex ikunu ħwejjeġ mill-aktar qaddisa; u kulma jmiss magħhom jitqaddes.
30Int tidlek lil Aron u wliedu, u tikkonsagrahom biex iservuni ta’ qassisin.Eż 29,7; Lev 8,12.
31Int tgħid lill-poplu ta’ Iżrael: ‘Dan ikun għalija ż-żejt qaddis tal-konsagrazzjoni, minn nisel għal nisel tagħkom.
32Ma għandux jissawwab fuq ġisem il-bniedem, u tagħmilx taħlita oħra bħalha; għax hu kkonsagrat u għandu jkun qaddis għalikom.
33Min jagħmel taħlita bħalha, jew min isawbu fuq xi wieħed profan, jinqata’ minn niesu.’ ”
L-inċens34U l-Mulej qal lil Mosè: “Ħu daqs wieħed minn dawn il-ħwawar: stakti, bebbux ifuħ, galbanu, u inċens ifuħ.Eż 25,6; 37,29.
35Agħmel minnhom inċens ifuħ, imħallat bil-melħ, taħlita bħal tal-fewwieħ, safja u qaddisa.
36Isħaq ftit minnu fi trab irqiq, u qiegħed ftit minnu quddiem ix-xhieda miktuba fit-tinda tal-laqgħa, fejn jien niltaqa’ miegħek: tkun għalikom ħaġa mill-aktar qaddisa.
37U dan l-inċens li int tagħmel skont din it-taħlita, tagħmlux bħalu; għalikom tkun ħaġa kkonsagrata lill-Mulej.
38Min jagħmel bħalha biex jitfewwaħ biha, jinqata’ minn niesu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.