1Fis-sena ħamsa u għoxrin tat-turufnament tagħha, fil-bidu tas-sena, fl-għaxra tax-xahar, fis-sena erbatax mill-waqgħa tal-belt, dakinhar, ġiet fuqi id il-Mulej.
3Ħadni lejha, u hemm rajt raġel fid-dehra tiegħu qisu tal-bronż, u kellu f’idu ħabel tal-kittien u qasba tal-qjies, u kien wieqaf fil-bieb.Id-daħla ta’ barra
5Ara! Kien hemm ħajt minn barra madwar it-tempju u f’id ir-raġel qasba tal-qjies ta’ sitt idriegħ, kull driegħ kien fih driegħ u erbat iswaba’. U hu qies il-ħxuna li kienet qasba, u l-għoli li kien qasba.Il-bieb tal-Lvant
6Imbagħad mar fil-bieb li jħares lejn il-Lvant, tela’ t-taraġ u qies l-għatba tal-bieb, li kienet fonda qasba.
7Kull kamra kienet qasba wiesgħa u qasba twila, u bejn il-kmamar kien hemm wisa’ ta’ ħamest idriegħ u l-għatba tal-bieb ta’ ħdejn il-portiku min-naħa ta’ ġewwa kienet fonda qasba.
8Hu qies il-portiku tal-bieb li kien tmint idriegħ, u l-pilastri żewġt idriegħ.
9Il-portiku tal-bieb kien in-naħa ta’ ġewwa.
10U l-kmamar tal-bieb fuq il-Lvant kienu tlieta fuq ġenb u tlieta fuq il-ġenb l-ieħor. Kienu t-tlieta ta’ qjies wieħed, u l-pilastri fuq kull ġenb kienu wkoll qjies wieħed.
11U qies ukoll il-wisa’ tal-ftuħ tad-daħla, għaxart idriegħ wisa’, u l-wisa’ tal-intrata li kien tlettax-il driegħ.
12Quddiem il-kamra, fuq kull ġenb, kien hemm rixtellu wiesa’ driegħ, u kull kamra kienet ta’ sitt idriegħ naħa u sitt idriegħ in-naħa l-oħra.
13Qies ukoll l-intrata mis-saqaf ta’ kamra għas-saqaf tal-kamra ta’ quddiemha: ħamsa u għoxrin driegħ wisa’ minn bieb sa bieb.
14U qies il-portiku li kien għoxrin driegħ, u mal-portiku tad-daħla kien hemm il-bitħa dawramejt.
15U mill-faċċata tal-bieb ta’ barra sal-faċċata tal-portiku tal-bieb fuq in-naħa ta’ ġewwa kien hemm ħamsin driegħ.
16Il-kmamar tal-pilastri ’l ġewwa mid-daħla dawramejt kellhom twieqi falza skorra, u l-portiku wkoll kellu twieqi dawramejt in-naħa ta’ ġewwa. Il-pilastri kellhom il-palm minqux fuqhom.
Il-bitħa ta’ barra17Imbagħad daħħalni fil-bitħa ta’ barra, u hemm kien hemm kmamar u bordura ta’ art iċċangata madwar il-bitħa. Il-kmamar madwar dan il-paviment kienu tletin.
18Il-paviment kien mal-bibien, u wiesa’ daqs kemm kienu twal il-bibien: dan kien il-paviment t’isfel.
19U qies il-wisa’ tal-bitħa mill-faċċata tal-bieb t’isfel sal-faċċata tal-bieb ta’ ġewwa ’l barra, kien fiha mitt driegħ.
Il-bieb tat-Tramuntana20Imbagħad resaq lejn it-Tramuntana fejn kien hemm bieb iħares lejn it-Tramuntana fil-bitħa ta’ barra, u qies it-tul u l-wisa’ tiegħu.
21Il-kmamar tiegħu, tlieta fuq naħa u tlieta fuq oħra; il-pilastri u l-portiku tiegħu kellhom qjies wieħed bħall-ewwel bieb: ħamsin driegħ tul u ħamsa u għoxrin wisa’.
22It-twieqi tiegħu, il-portiku, u l-palm minquxa kienu tal-istess daqs bħall-bieb li kien hemm iħares lejn il-Lvant; u kont titla’ għalih b’seba’ tarġiet u l-portiku tiegħu kien jagħti għan-naħa ta’ ġewwa.
23Il-bitħa ta’ ġewwa kellha bieb biswit il-bieb tat-Tramuntana, l-istess bħal fuq il-Lvant, u kejjel mitt driegħ minn bieb għal bieb.
Il-bieb tan-Nofsinhar24Imbagħad ħadni lejn in-Nofsinhar, fejn kien hemm bieb iħares lejn in-Nofsinhar, u qies il-kmamar, u l-pilastri u l-portiku tiegħu; kienu tal-istess daqs bħall-oħrajn.
25Il-portiku tiegħu kellu twieqi dawramejt bħat-twieqi l-oħra: ħamsin driegħ tul u ħamsa u għoxrin driegħ wisa’.
26U kont titla’ għalih b’seba’ tarġiet, u l-portiku tiegħu kien in-naħa ta’ ġewwa, u kellu palm minqux fuq il-pilastri wieħed fuq kull naħa.
27U l-bitħa ta’ ġewwa kellha wkoll bieb in-naħa tan-Nofsinhar; u kejjel mitt driegħ minn bieb għal bieb.
28Imbagħad ħadni fil-bitħa ta’ ġewwa mill-bieb tan-Nofsinhar u qies il-bieb tan-Nofsinhar: kien tal-istess qisien.
29Il-kmamar, il-pilastri u l-portiku kienu daqs l-oħrajn. Kellu hu u l-portiku tiegħu twieqi dawramejt.
30Kien twil ħamsin driegħ u wiesa’ ħamsa u għoxrin driegħ u kien hemm mal-idwar ħamsa u għoxrin driegħ tul u ħamsa wisa’.
31Il-portiku tiegħu kien fuq il-bitħa ta’ barra, kellu palm minqux fuq il-pilastri u t-taraġ tiegħu kellu tmien tarġiet.
32Imbagħad ħadni lejn il-bieb li jħares lejn il-Lvant, kejjel il-bieb, u kien tal-istess qisien.
33Il-kmamar, il-pilastri u l-portiku kienu tal-istess daqs bħall-oħrajn; il-bieb u l-portiku tiegħu kellhom twieqi dawramejt; kien twil ħamsin driegħ u wiesa’ ħamsa u għoxrin driegħ.
34Il-portiku tiegħu kien jagħti għal fuq il-bitħa ta’ barra; kellu l-palm fuq il-pilastri tiegħu minn naħa u minn oħra, u t-taraġ tiegħu kellu tmien tarġiet.
35U ħadni lejn il-bieb tat-Tramuntana, u kejjel u sab l-istess qisien;
36kmamar, pilastri u portiku, bit-twieqi dawramejt; twil ħamsin driegħ u wiesa’ ħamsa u għoxrin driegħ.
37Il-portiku kien fuq in-naħa ta’ barra. Kellu l-palm minqux fuq il-pilastri minn naħa u minn oħra, u t-taraġ tiegħu kellu tmien tarġiet.
Il-kmamar tal-ġnub38U kien hemm kamra bid-daħla tagħha fil-portiku tal-bieb, fejn kienu jaħslu l-vittmi għas-sagrifiċċju tal-ħruq., dawk li minn fost il-Leviti huma biss jistgħu jersqu lejn il-Mulej u jservuh.”
47U kejjel il-bitħa, kwadru ta’ mitt driegħ tul u mitt driegħ wisa’. U kien hemm l-artal quddiem is-santwarju.
Il-bini tat-tempju48Imbagħad daħħalni fil-portiku tas-santwarju, u kejjel il-pilastri tal-portiku; ħamest idriegħ minn naħa, u ħamest idriegħ mill-oħra. Il-wisa’ tal-bieb kien ta’ erbatax-il driegħ u l-ġnub tal-bieb kienu tlitt idriegħ minn naħa u tlitt idriegħ mill-oħra.
49Il-portiku kien għoxrin driegħ twil u tnax-il driegħ wiesa’. Kont titla’ għalih b’għaxar tarġiet, u ħdejn il-pilastri kien hemm żewġ kolonni waħda naħa u oħra n-naħa l-oħra.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.