1 MAKKABIN 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Ġuda fl-Idumija u t-Trasġordanja

1Ġara li meta l-Ġentili ta’ madwarhom semgħu li nbena l-artal u t-tempju kien ikkonsagrat kif kien qabel, inkurlaw sewwa,, għax kienu qegħdin jagħfsu fuq Iżrael, u tahom xebgħa kbira u rażżanhom, u ħa l-priża mingħandhom., li kienu nasba u tfixkil għall-poplu, billi kienu jissajjawlhom fit-toroq.

5Għalaqhom fit-torrijiet tagħhom, u waqqaf il-kamp madwarhom, u qatagħhielhom għall-mewt, u ħarqilhom it-torrijiet b’kulma kien fihom.. u l-irħula ta’ madwarha, u raġa’ lura lejn il-Lhudija.

9Imbagħad inġemgħu l-Ġentili li kienu f’Gilgħad kontra Iżrael, li kienu jgħammru f’artijiethom, biex jeqirduhom. Imma dawn ħarbu fil-fortizza ta’ Datema,

10u bagħtu ittra lil Ġuda u lil ħutu u qalulhom: “Inġemgħu l-Ġentili ta’ madwarna kontrina biex jeqirduna.

11U qegħdin ilestu biex jiġu u jaqbdu l-fortizza fejn stkennejna. Timotju hu l-kmandant tal-eżerċtu tagħhom.

12Issa, mela, ejja u eħlisna minn taħt idejhom, għax ħafna minna ġa spiċċaw.

13Ħutna lkoll li kienu fl-art ta’ Tubi sfaw maqtula, u n-nisa tagħhom b’uliedhom magħhom maqbuda lsiera, u ġidhom misruq; qatlu hemm madwar elf raġel.”

14Kif kienu għadhom jaqraw din l-ittra waslu messaġġiera oħra mill-Galilija, bi ħwejjiġhom imċarrta, u tawhom aħbarijiet oħra bħal dawn.

15Qalulhom kif inġemgħu nies minn Ptolemajs u Tir u Sidon u mill-Galilija kollha tal-ġnus, biex jeqirduhom.

16Meta Ġuda u l-poplu semgħu dan il-kliem, laqqgħu ġemgħa kbira ħalli jiddeċiedu x’se jagħmlu biex jgħinu lil ħuthom li kienu fl-għawġ u mħabbtin mill-għedewwa tagħhom.

17Imbagħad Ġuda qal lil Xmun, ħuh: “Agħżel irġiel għal miegħek, u mur u eħles lil ħutek li hemm fil-Galilija, jiena u Ġonatan ħija mmorru f’Gilgħad.”

18U ħalla lil Ġużeppi bin Żakkarija, u lil Għażarija, kap tal-poplu, bil-bqija tal-eżerċtu biex iħares il-Lhudija;

19u tahom din l-ordni u qalilhom: “Ħudu ħsieb dan il-poplu, u tagħmlux gwerra kontra l-Ġentili qabel ma nerġgħu lura aħna.”

20U l-irġiel tqassmu hekk: tlitt elef lil Xmun għall-Galilija u tmint elef lil Ġuda għal Gilgħad.

21Xmun mar il-Galilija u tqabad ħafna battalji kontra l-Ġentili, u l-Ġentili tfarrku quddiemu,

22u baqa’ jiġri warajhom sal-bieb ta’ Ptolemajs; mill-Ġentili mietu madwar tlitt elef raġel, u Xmun ħa l-priża tagħhom.

23Ġabar il-Lhud li kienu mill-Galilija u Arbatta bin-nisa u t-tfal tagħhom u b’kulma kellhom, u ħadhom b’ferħ kbir fil-Lhudija.

24U Ġuda l-Makkabi u ħuh Ġonatan qasmu l-Ġordan u mxew tlitt ijiem fid-deżert., li laqgħuhom bis-sliem, u qalulhom kulma ġralhom ħuthom f’Gilgħad;

26ħafna minnhom kienu magħluqin f’Bosra, Busor, Għalema, Kasfur, Maked, u Karnajn, kollha bliet kbar iffortifikati,

27u fl-ibliet l-oħra ta’ Gilgħad kien hemm oħrajn magħluqin. “U għal għada,” qalulhom, “iddeċidew li jaħbtu għall-fortizzi tagħhom, u jaqbduhom f’idejhom u jeqirdu f’jum wieħed lil dawk kollha li hemm fihom.”

28Ġuda mbagħad, mal-eżerċtu tiegħu, malajr malajr, raġa’ lura u qabad it-triq fid-deżert lejn Bosra, qabad il-belt u għadda l-irġiel kollha minn xifer ix-xabla, ħadilhom ġidhom kollu, u ta n-nar lill-belt;

29u mbagħad telaq minn hemm billejl u rħielha lejn il-fortizza.

30Mas-sebħ refgħu għajnejhom u raw kotra bla qjies ta’ nies, iġorru slielem u magni biex jaħtfu l-fortizza, u kienu qed jaħbtu għaliha.

31Ġuda malli ra li l-attakk kien ġa beda, u li l-għajjat tal-belt bit-trombi u t-twerżiq kien kbir li kien jilħaq is-sema,

32qal lin-nies tal-eżerċtu: “Tqabdu llum għal ħutna.”

45Imbagħad Ġuda ġabar l-Iżraelin kollha li kienu jgħammru f’Gilgħad, mill-kbir saż-żgħir, bin-nisa u t-tfal tagħhom u b’ġidhom kollu, kotra kbira sewwa, biex imorru fl-art ta’ Ġuda.

46U waslu sa Efron, belt kbira u qawwija ħafna. Din kienet fuq it-triq hekk li ma kontx tista’ ddur magħha la min-naħa tal-lemin lanqas min-naħa tax-xellug, bilfors ikollok tgħaddi minn ġo nofsha.

52Imbagħad qasam il-Ġordan għall-wita l-kbira biswit Betsan.

53U Ġuda baqa’ jżomm flimkien lil dawk li baqgħu lura u jagħmel il-qalb lill-poplu t-triq kollha sakemm waslu fl-art ta’ Ġuda.

54U telgħu ferħana u hienja fuq l-għolja ta’ Sijon u offrew sagrifiċċji tal-ħruq, kuntenti li kienu reġgħu lura bis-sliem bla ma naqas ħadd minnhom.

It-telfa ta’ Għażarija u Ġużeppi

55F’dak iż-żmien li Ġonatan u Ġuda kienu fl-art ta’ Gilgħad, u Xmun, ħuh, fil-Galilija quddiem Ptolemajs,

56Ġużeppi bin Żakkarija, u Għażarija, il-kmandanti tal-eżerċtu, semgħu bl-għemejjel ta’ ħila u l-battalji li dawk daħlu għalihom

57u qalu: “Ħa nagħmlu isem għalina wkoll u noħorġu niġġieldu kontra l-Ġentili ta’ madwarna.”

58U taw l-ordni lin-nies tal-eżerċtu li kellhom magħhom u telqu lejn Ġamnija.

59U Gorġjas ħareġ mill-belt bin-nies tiegħu u baqa’ miexi għal fuqhom biex jiġġildilhom.

60Ġużeppi u Għażarija ħarbu, u l-Ġentili baqgħu jiġru warajhom sat-trufijiet ta’ Ġuda; u dakinhar mill-poplu ta’ Iżrael waqgħu mejta elfejn ruħ.

61U din il-ħerba kollha ġiet fuq il-poplu, għax ma semgħux minn Ġuda u minn ħutu, u ħasbu li kellhom il-ħila juru qlubithom.

62Imma huma ma kinux mir-razza ta’ dawn il-qalbiena, li bil-ħila tagħhom Iżrael kiseb il-ħelsien.

63Ġuda, il-qalbieni, u ħutu kisbu ġieħ kbir quddiem Iżrael kollu u quddiem il-Ġentili kollha li semgħu b’isimhom.

64U kulħadd kien ġej għandhom jifirħilhom.

65Imbagħad Ġuda u ħutu ħarġu u marru jitqabdu ma’ wlied Għesaw fl-art tan-naħa tan-Nofsinhar u ħatfu f’idejhom lil Ħebron u l-irħula li kienet tagħmel minnhom, ġarraf il-fortifikazzjonijiet tagħha u t-torrijiet tagħha dawramejt u tahom in-nar.

66U qabad u mar lejn art il-Filistin u għadda minn Marisa.

67Dakinhar waqgħu mejta waqt il-ġlied xi qassisin, li riedu juru l-ħila tagħhom u ħarġu jitqabdu bla ħsieb ta’ xejn.

68Ġuda rħielha lejn Ażotu tal-Filistin, qered l-artali tagħhom, ħaraq ix-xbihat tal-allat tagħhom, u ħa l-priża mill-ibliet u raġa’ lura lejn art Ġuda.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help