1U ġara li fis-seba’ sena, fl-għaxra tal-ħames xahar, ġew xi wħud mill-anzjani ta’ Iżrael jistħarrġu lill-Mulej u qagħdu bilqiegħda quddiemi:L-apostasija ta’ Iżrael fid-deżert
13“Imma dar Iżrael irvellaw kontrija fid-deżert; skont il-liġijiet tiegħi ma mxewx u l-preċetti tiegħi abbandunawhom, li jekk bniedem jagħmilhom jista’ jgħix bihom. Is-Sibtijiet tiegħi pprofanawhom bis-sħiħ. Jien ħsibt, għalhekk, li nsawwab il-qilla tiegħi fuqhom fid-deżert biex neqridhom.
14Imma jien kelli nagħmel mod ieħor biex ismi ma jkunx imżeblaħ f’għajnejn il-ġnus li taħt għajnejhom ħriġthom.
15“Imma jiena rfajt idi fid-deżert u ħliftilhom li ma ndaħħalhomx fl-art li jiena wegħedthom, art tnixxi ħalib u għasel, ġawhra fost kemm huma l-artijiet.
23“Imma rfajt idi u ħliftilhom fid-deżert li nxerridhom qalb il-ġnus u nferrixhom mal-artijiet,
24għax id-digrieti tiegħi ma għamluhomx, u l-liġijiet tiegħi stmerrewhom, u Sibtijieti pprofanawhom, u xeħtu għajnejhom fuq allat missirijiethom.
25Għalhekk tajthom liġijiet mhux tajbin, u digrieti li bihom ma jgħixux.
26U niġġisthom bl-offerti tagħhom, u ħallejthom jgħaddu min-nar l-ulied tal-ewwel, biex inkexkixhom u jkunu jafu li jien il-Mulej.L-apostasija f’Kangħan
27“Mela, kellem, o bniedem, lil dar Iżrael u għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej. B’dan ukoll komplew iżebilħuni missirijiethom, u jqarrqu bija.
28Meta jien daħħalthom fl-art li jien għollejt idi u ħliftilhom li nagħtihielhom: kull fejn raw ħotba daqsxejn għolja jew siġra bi ftit friegħi, hemm offrew is-sagrifiċċji tagħhom, hemm ġiebu l-offerti tagħhom biex jinkuni, u hemm poġġew il-fwejjaħ jgħaxxqu tagħhom, u sawbu l-libazzjonijiet tagħhom. jsejħulha.
30“Għalhekk għid lil dar Iżrael: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej: Jaqaw bħal missirijietkom tniġġistu, u għadkom tiżnu wara l-qżież ta’ allathom?
31Wara li tniġġistu bl-offerti tagħkom u għaddejtu lil uliedkom min-nar lill-allat tagħkom sal-lum, taħsbu li se nħallikom tistħarrġuni, dar Iżrael? Daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, ma nħallikomx tistħarrġuni.
32Dak li jiġikom f’moħħkom ma jseħħx, dak li qegħdin tgħidu: ‘Inkunu bħall-ġnus, bħar-razez ta’ artijiet oħra: naduraw il-ħatab u l-ħaġar.’
Alla jnaddaf lil Iżrael33“Daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, b’id qawwija, u bi driegħ merfugħ, b’qilla tbaqbaq, jien naħkem fuqkom.
34Imbagħad noħroġkom minn fost il-popli u niġborkom mill-artijiet fejn jien xerridtkom fihom b’id qawwija, u bi driegħ merfugħ, u b’qilla tbaqbaq.
35“Inġibkom fid-deżert tal-ġnus u hemm nagħmel ħaqq minnkom, hemm wiċċ imb wiċċ.
36Bħalma għamilt ħaqq minn missirijietkom fid-deżert tal-Eġittu, hekk nagħmel ħaqq minnkom, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.
37Ngħaddikom minn taħt il-ħatar u ndaħħalkom bl-għadd.
38U nnaqqi minnkom ix-xewwiexa u l-midinbin kontrija, noħroġhom mill-art fejn huma barranin, imma f’art Iżrael ma jidħlux, u tkunu tafu li jiena l-Mulej.
Ħniena għall-poplu39“U intom, dar Iżrael, dan jgħid Sidi l-Mulej: Ħa jmur kull wieħed minnkom wara allatu, ħa jadurahom. Imma mbagħad ma jkun hemm ħadd minnkom li ma jismax minni; ismi l-qaddis ma tkasbrux iżjed bl-offerti tagħkom u b’allatkom.
40“Għaliex fuq il-muntanja mqaddsa tiegħi, fuq l-għolja ta’ Iżrael, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, hemm għad isservini d-dar kollha ta’ Iżrael, kemm ikun hemm fil-pajjiż; hemm nilqagħhom, hemm nistenniehom bl-offerti tagħhom, l-aħjar tal-offerti tagħkom u kulma tikkonsagrawli.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.