1Fis-sena tlieta u għoxrin ta’ Ġowas bin Aħażija, sultan ta’ Ġuda, sar sultan ta’ Iżrael Ġeħowaħaż bin Ġeħu, f’Samarija, u dam isaltan sbatax-il sena.
2U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, u mexa fuq id-dnubiet ta’ Ġerobogħam bin Nebat, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu, u ma warrabx minnhom.
3U xegħlet il-korla tal-Mulej kontra Iżrael, u rħiehom f’idejn Ħażajel, is-sultan ta’ Aram, u f’idejn Benħadad bin Ħażajel, għal dak iż-żmien kollu.
4U Ġeħowaħaż talab ħniena lill-Mulej u l-Mulej semgħu għax ra l-hemm ta’ Iżrael, billi s-sultan ta’ Aram kien qiegħed jgħakkishom. lil Iżrael u ħelishom minn taħt idejn Aram; u wlied Iżrael għammru fi djarhom bħal qabel.
6Imma ma warrbux mid-dnubiet ta’ dar Ġerobogħam, li dan ġagħal lil Iżrael jagħmlu; imxew fuqhom, u waqqfu saħansitra x-xbihat tal-Asera f’Samarija.! Il-karru ta’ Iżrael u r-rikkieb tiegħu!”.” U dak qiegħed idu fuq il-qaws; u Eliżew poġġa idejh fuq idejn is-sultan,
17u qallu: “Iftaħ it-tieqa n-naħa tal-Lvant.” U dak fetaħha. U Eliżew qallu: “Waddab vleġġa.” U dak waddabha, u l-ieħor qallu: “Dik hi vleġġa ta’ rebħa mingħand il-Mulej, u vleġġa ta’ rebħa fuq Aram; għax int għad tidrob lil Aram f’Afek sakemm teqirdu.”
18Imbagħad qallu wkoll: “Ħu l-vleġeġ.” U dak ħadhom, u Eliżew qal lis-sultan ta’ Iżrael: “Idrob l-art!” U dak darab l-art għal tliet darbiet, u waqaf.
19U l-bniedem ta’ Alla għadab għalih, u qallu: “Li kieku drabt l-art ħamsa jew sitt darbiet, kont tkisser l-Aramin sa ma teqridhom. Imma issa tliet darbiet biss tista’ tirbaħ lill-Aramin.”
20U Eliżew miet u difnuh. Fi dħul is-sena qatgħa ħallelin minn Mowab bdew deħlin fil-pajjiż.
21Darba, meta xi wħud kienu qegħdin jidfnu wieħed mejjet, raw qatgħa minnhom u xeħtu r-raġel fil-qabar ta’ Eliżew u telqu. Malli r-raġel mejjet mess mal-għadam ta’ Eliżew, ħa l-ħajja, u qam fuq riġlejh.Gwerra bejn Iżrael u Aram
22U Ħażajel, sultan ta’ Aram, baqa’ jgħakkes lil Iżrael iż-żmien kollu ta’ Ġeħowaħaż.
23U l-Mulej ħenn għalihom, u tħassarhom u dar lejhom minħabba l-patt tiegħu ma’ Abraham, Iżakk u Ġakobb. Ma riedx jeqridhom, u anqas qatt sal-lum ma warrabhom minn quddiemu.
24Imbagħad miet Ħażajel, sultan ta’ Aram, u daħal isaltan floku Benħadad, ibnu.
25U Ġeħowas bin Ġeħowaħaż raġa’ ħa lura l-ibliet minn id Benħadad bin Ħażajel, li dan kien ħa minn id Ġeħowaħaż missieru fil-gwerra. Tliet darbiet Ġowas għelbu, u raġa’ ħa lura l-ibliet ta’ Iżrael.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.