1Wara Abimelek qam biex isalva lil Iżrael Tola’ bin Puwa, bin Dodu, minn Issakar; u kien joqgħod f’Samir fl-għoljiet ta’ Efrajm. u kellhom tletin belt fl-art ta’ Gilgħad, li għadhom jgħidulhom Ħawwot-ġajjir sal-lum.
5Meta miet difnuh f’Kamon.
L-Iżraelin jerġgħu jidinbu6U wlied Iżrael reġgħu għamlu l-ħażen f’għajnejn il-Mulej, u aduraw lill-allat Bagħalim u Għastarot, u lill-allat ta’ Aram, u lill-allat ta’ Sidon, u lill-allat ta’ Mowab, u lill-allat ta’ wlied Għammon, u lill-allat tal-Filistin, u ħallew lill-Mulej u ma baqgħux jadurawh aktar.
15U wlied Iżrael wieġbu lill-Mulej: “Dnibna. Agħmel magħna dak kollu li int jidhirlek li hu tajjeb. Biss eħlisna llum.”
16U huma warrbu l-allat barranin minn ġo nofshom, u bdew jaduraw lill-Mulej; u hu ma felaħx aktar għat-tbatija ta’ Iżrael.
Ġeftaħ imħallef17U nġabru wlied Għammon u waqqfu l-kamp f’Gilgħad; u wlied Iżrael inġemgħu u waqqfu l-kamp f’Misfa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.