ĠENESI 29 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 29

1Imbagħad Ġakobb iċċaqlaq, u telaq lejn art in-nies tal-Lvant.

2U ħares, u lemaħ bir f’għalqa, u kien hemm tliet imrieħel nagħaġ mimduda ħdejh; għax minn dak il-bir kienu jisqu l-imrieħel; imma l-blata fuq il-ħerża tal-bir kienet kbira wisq.

21U Ġakobb qal lil Laban: “Agħtini lil marti, għax għalaq iż-żmien, ħa nersaq lejha.”

22U Laban ġabar in-nies kollha tal-post u għamel ikla.

23Filgħaxija, imbagħad, qabad lil bintu Lija, u ħadha għand Ġakobb, u dan resaq lejha.

24U Laban ta l-qaddejja tiegħu Żilfa lil bintu Lija bħala qaddejja tagħha.

25Filgħodu, imbagħad, Ġakobb ra li kienet Lija u qal lil Laban: “X’inhu dan li għamiltli? Għal Rakel qgħadt naħdem miegħek. Għala qarraqt bija?”

26U Laban wieġbu: “Għax f’dawn l-inħawi ma jagħmlux hekk, li jagħtu ż-żgħira qabel il-kbira.

27Temm il-ġimgħa ma’ din, u nagħtik lil dik ukoll, bi ħlas tax-xogħol li tagħmilli għal seba’ snin oħra.”

28U Ġakobb għamel hekk: temm il-ġimgħa ma’ dik, u l-ieħor tah lil bintu Rakel b’martu.

29U Laban ta ’l Bilħa, il-qaddejja tiegħu, lil bintu Rakel, b’qaddejja tagħha.

30U Ġakobb resaq ukoll lejn Rakel; u kien iħobb lil Rakel aktar minn Lija. U baqa’ jaħdem miegħu għal seba’ snin oħra.

31U l-Mulej ra li Ġakobb lil Lija ma kienx iġibha, għalhekk fetħilha ġufha; iżda Rakel baqgħet bla tfal.

32U Lija tqalet u wildet iben u semmietu Ruben, għax qalet: “Għax ra l-Mulej hemmi, u issa żewġi jibda jħobbni.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help