1Fid-disa’ sena, fl-għaxra tal-għaxar xahar, ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
2“O bniedem, niżżel l-isem ta’ dan il-jum għax sewwasew bħal-lum, f’dan il-jum stess, is-sultan ta’ Babilonja ħabat għal Ġerusalemm.
3“Fasslilhom tixbiha lil din ir-razza rashom iebsa, u għidilhom: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej:
Qiegħed il-borma, qegħedha;
sawwab fiha wkoll l-ilma;
4itfa’ fiha bċejjeċ tal-laħam,
l-aħjar bċejjeċ:
il-koxxa u l-ispalla,
imlieha bl-aħjar għadam.
5Ħu mill-aħjar tal-merħla,
ixħet il-ħatab taħtha.
Ħalliha tagħli, tbaqbaq
sakemm jissajjar l-għadam fiha.”
6Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: “Gwaj għal belt id-dmija, borma msadda b’sadid ma jinqalax. Oħroġhom biċċa biċċa, bla ma titfa’ x-xorti għalihom..
8Biex tixgħel il-qilla tiegħi, u nkun nista’ nitħallas, ħallejtha xxerred demmha fuq il-blat għeri bla ma għattietu.”
9Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: “Gwaj għal belt id-dmija! Jiena wkoll inżid il-ħatab!
10Żid il-ħatab, kebbes in-nar, sajjar sewwa l-laħam, nixxef il-meraq, ħa jinħaraq l-għadam.
11Qegħedha mbagħad vojta fuq il-ġamar ħa tisħon, u jinkewa r-ram tagħha, u ddub l-inġiesa fiha, u jintemm is-sadid tagħha.
12“Taħbit li jkiddek! Is-sadid fond tagħha lanqas bin-nar ma jmur.
13“L-inġiesa tiegħek tassew faħxija! Talli jien ridt innaddfek u int ma tnaddaftx mill-inġiesa tiegħek, għalhekk issa ma titnaddaf qatt mill-inġiesa tiegħek sakemm ma nkunx żfugajt fuqek is-saħna tiegħi.
14“Jiena, il-Mulej, tkellimt, u li għedt għad iseħħ, nagħmlu jien. Ma nerġax lura, ma nħennx u ma nagħdirx. Nagħmel ħaqq minnek skont imġibtek u għemilek, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.”Il-mewt ta’ mart Eżekjel
15Ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:, u xxerridx dmugħ.Il-qerda ta’ Ġerusalemm
25“U int, o bniedem, dakinhar li jien neħdilhom il-fortizza tagħhom, il-ferħ u l-glorja tagħhom, l-għaxqa ta’ għajnejhom, l-għożża ta’ qalbhom, ’l uliedhom, subien u bniet,
26dakinhar jiġik bniedem maħrub biex jagħtik l-aħbar.
27Dakinhar jinfetaħ fommok mal-wasla tal-maħrub, u titkellem, u ma tibqax aktar imbikkem, u tkun għalihom sinjal, u jkunu jafu li jien il-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.