DEWTERONOMJU Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebKien kważi wasal iż-żmien li l-poplu Lhudi jaqsam ix-Xmara Ġordan u jakkwista l-art ta’ Kangħan. Iżda Alla rrifjuta li jħalli lil Mosè jdaħħal lil Ulied Iżrael fl-Art Imwiegħda. Alla qallu li kellu jmut fil-Lvant tal-Ġordan. Hekk, id-Dewteronomju jiġbor fih id-diskorsi li Mosè għamel lill-Poplu biex isellmilhom. Fihom irrepeta l-liġijiet li Alla kien tah biex iwassal lil Ulied Iżrael.Proprju għaliex Mosè kien qiegħed jgħaddi l-Liġi lill-Poplu għat-tieni darba, dan il-ktieb issejjaħ “Dewteronomju”, li hi kelma mnissla minn frażi Griega li tfisser “it-tieni liġi”.Mosè fakkar lil-Lhud dwar l-istorja tagħhom tul l-erbgħin sena fid-deżert. Ifakkarhom kif Alla ħelishom mill-jasar tal-Eġittu u ħa ħsiebhom tul triqthom lejn l-Art Imwiegħda. Iġibilhom quddiem għajnejhom kemm-il darba ma baqgħux leali lejn Alla, anzi m’obdewhx.Fit-twissijiet aħħarija tiegħu, Mosè jinsisti li jekk il-Lhud iżommu l-Patt ta’ qima u ubbidjenza lejn il-Mulej, huma jkunu ġens b’saħħtu li jimxi ’l quddiem b’suċċess. Imma jekk jiksru dan il-Patt u jduru lejn l-idoli, il-Mulej kien ħalef li jibgħat fuqhom saħtiet kbar. Huma mhux biss jintrebħu mill-għedewwa, imma jitilfu l-art u jitilfu ħajjithom.Meta, ħafna snin wara, lil Ġesù staqsewh liema kien l-aqwa u l-akbar Kmandament, hu għażel li jikkwota mill-ktieb tad-Dewteronomju biex iwieġeb il-mistoqsija li saritlu:Isma’, O Iżrael: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha, (6,4).It-taqsim tal-ktiebL-ewwel diskors ta’ Mosè (1,1—4,49)It-tieni diskors ta’ Mosè (5,1—26,19)L-Għaxar Kmandamenti (5,1—10,22)Liġijiet, regoli u twissijiet (11,1—26,19)Istruzzjonijiet biex jidħlu f’Kangħan (27,1—28,68)Jiġġedded il-Patt (29,1—30,20)L-aħħar kliem ta’ Mosè (31,1—33,29)Il-mewt ta’ Mosè (34,1-12)