1Elija minn Tisbi ta’ Gilgħad, qal lil Aħab: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li jien inservi quddiemu, ma jkunx hemm dawn is-snin la nida u lanqas xita, jekk mhux meta nitkellem jien.”
2Il-Mulej kellem lil Elija u qallu:
3“Itlaq minn hawn, iġbed lejn il-Lvant, u mur inħeba fil-wied ta’ Kerit, biswit il-Ġordan.
4Inti tixrob mill-wied, u jien ikkmandajt liċ-ċawl jitimgħek hemmhekk.”
5Elija telaq u għamel kif qallu l-Mulej, u qagħad ħdejn il-wied ta’ Kerit biswit il-Ġordan.
6U ċ-ċawl kienu jġibulu ħobż u laħam mas-sebħ u ħobż u laħam filgħaxija. U kien jixrob mill-wied.
8Il-Mulej kellem lil Elija u qallu:
9“Qum u mur f’Sarefta ta’ Sidon, u oqgħod hemm. Jien ikkmandajt lil waħda armla minn hemm biex titimgħek.”
10Qam u rħielha lejn Sarefta. Kif wasal ħdejn bieb il-belt, kien hemm waħda armla tiġbor il-ħatab. Elija sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli f’bieqja belgħa ilma x’nixrob.”
11Hi u sejra, Elija raġa’ sejħilha u qalilha: “Ġibli wkoll, jekk jogħġbok, kisra ħobż f’idek.”
12Hija wieġbet: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, Alla tiegħek, ma għandi xejn maħbuż; qabda dqiq f’ġarra u ftit żejt fil-kus kulma baqagħli. Ara, qiegħda niġbor biċċtejn ħatab; issa nħejji xi ħaġa għalija u għal ibni; u mbagħad nikluha u mmutu.”
13Elija wieġeb: “La tibżax, mur u agħmel kif għedtli: imma qabel agħmel ftira żgħira għalija, u ġibhieli. Imbagħad agħmel għalik u għal ibnek.
14Għax din hi l-kelma tal-Mulej, Alla ta’ Iżrael:
Il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt,
u l-kus taż-żejt ma jitbattalx,
sa dak in-nhar li l-Mulej jibgħat
ix-xita fil-pajjiż.”
15U dik marret u għamlet kif qalilha Elija. Damu jieklu għal żmien, hi u hu, u darha kollha.
16U l-ġarra tad-dqiq ma ntemmitx, u l-kus taż-żejt ma tbattalx, kif kien qal il-Mulej permezz ta’ Elija.
17Wara dawn il-ġrajja marad it-tifel ta’ dik il-mara li kienet sidt id-dar. U ġara li l-marda tqawwiet tant li ma kienx baqagħlu iżjed nifs.2 Slat 4,18-37; Lq 7,11-17.
18U hi qalet lil Elija: “X’hemm bejni u bejnek, bniedem ta’ Alla? Jaqaw ġejt hawn biex tfakkarni fi ħżuniti u toqtolli ’l ibni?”Mt 8,29; Mk 1,24; Ġw 2,4.
19U hu wieġeb: “Agħtini lil ibnek.” U ħadu minn ħoġorha, u tellgħu fl-għorfa fejn kien jgħammar hu, u meddu fuq il-mitraħ tiegħu.
20U sejjaħ lill-Mulej u qal: “Mulej, Alla tiegħi, fuq din l-armla wkoll, li qiegħed magħha, ridt iġġib il-ħsara u toqtlilha lil binha?”
21U mtedd tliet darbiet fuq it-tifel, u sejjaħ lill-Mulej u qal: ‘Mulej, Alla tiegħi, ħalli ruħ it-tifel tarġa’ lura fih!’2 Slat 4,33-36; Atti 20,10.
22U l-Mulej sama’ leħen Elija, u ruħ it-tifel reġgħet lura fih, u ħa l-ħajja.
23U Elija qabad it-tifel u niżżlu d-dar mill-għorfa, u tah lil ommu; u Elija qalilha: “Ara, ibnek ħaj.”
24U l-mara qalet lil Elija: “Issa naf li int bniedem ta’ Alla, u l-kelma tal-Mulej fuq fommok hi s-sewwa.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.